16 Signatures
Collection finished
Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.
Petition addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jinnota li l-Unjoni Ewropea u l-Finlandja, qegħdin jikkunsidraw il-projbizzjoni tal-bejgħ ta' prodotti tal-laħam mill-Brażil minħabba n-nirien bla kontroll fil-foresta pluvjali tal-Amazon ikkawżati mill-impriżi agrikoli li jqabbdu n-nar f'partijiet żgħar tal-foresta pluvjali sabiex jilliberaw l-art għat-trobbija tal-bhejjem u t-tkabbir tas-sojja. Il-petizzjonant jitlob li jingħata appoġġ qawwi lil din id-deċiżjoni. Il-petizzjonant jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni inkwetanti fil-foresta pluvjali tal-Amazon, dovuta għall-azzjoni mill-bniedem. Il-petizzjonant jilmenta li l-gvern Brażiljan żarma wkoll bosta proġetti ta' riafforestazzjoni u programmi ambjentali. Bħala tali, dan juri n-nuqqas ta' rieda tiegħu li jieħu kwalunkwe azzjoni kontra d-deforestazzjoni.
Petition details
Petition started:
01/15/2020
Collection ends:
01/15/2021
Region:
European Union
Topic:
Environment