Budownictwa

F'isem il-Kumitat taċ-Ċittadini ta' Piazza d'Armi, b'86 firma, biex tiġi pprojbita l-kostruzzjoni fi ħdan spazju ekoloġiku urban 

Petent
Petycja jest adresowana do
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
67 67 w Unia Europejska

Zbiórka zakończona

67 67 w Unia Europejska

Zbiórka zakończona

  1. Rozpoczęty 2020
  2. Zbiórka zakończona
  3. Przygotuj zgłoszenie
  4. Dialog z odbiorcą
  5. Decyzja

To jest petycja internetowa Parlamentu Europejskiego .

przekazywanie

Il-petizzjonant qed ifittex li jippreserva 35 ettaru ta' spazju ekoloġiku fiż-żona ta' Piazza d'Armi, li tifforma oasi naturali fil-belt ta' Milan. Fl-2016, is-sjieda ta' din iż-żona ngħatat lill-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzi mill-Ministeru tad-Difiża. Dan tal-aħħar tefa' din iż-żona għall-bejgħ, permezz ta' kumpanija maniġerjali tal-proprjetà immobbli, fejn fis-sejħa għall-offerti semma li x-xerrej(ja) jista' jkollhom l-opportunità li jibnu madwar erbat elef dar, fuq żona residenzjali indikata, kif ukoll binjiet terzjarji u kummerċjali skont ir-regolament tal-ippjanar urban tal-belt. Dan il-proġett ta' trasformazzjoni jipprevedi wkoll il-qerda ta' binjiet militari ta' valur storiku u arkitetturali. Il-kumitat jissottolinja l-kwalitajiet intrinsiċi ta' dan l-ispazju ekoloġiku, li jikkostitwixxi ekosistema unika (li fiha masġar b'siġar li joħorfu, art mistagħdra u ġonna bil-ħxejjex) li hija kruċjali għal-livell tal-ilma ta' taħt l-art fil-belt. Huwa jipprovdi wkoll stimi inkwetanti (li ġejjin mir-rapport ISPRA 2016 dwar "Soil depletion, land dynamics and ecosystemic services" ("Tnaqqis tal-ħamrija, dinamika tal-art u servizzi ekosistemiċi)) dwar it-telf ta' servizzi ekosistemiċi minħabba bini żejjed. Barra minn hekk, il-kumitat jiġbed l-attenzjoni għall-impatt li l-kostruzzjoni se jkollha fuq il-flora u l-fawna li jgħixu fl-art mistagħdra, speċjalment fuq l-għasafar li jpassu u l-anfibji, li jinkludu 39 speċi ta' avifawna protetti skont id-Direttiva 2009/147/KE (id-Direttiva dwar l-Għasafar) u skont id-Direttiva 92/43/KEE (id-Direttiva dwar il-Ħabitats). Huwa jenfasizza wkoll l-effett provviżorju li Piazza d'Armi għandha fuq it-tniġġis tal-arja f'Milan u madwaru, bis-saħħa taż-żona fforestata tiegħu li hija daqs 50 grawnd tal-futbol (f'dan ir-rigward, iż-żona metropolitana ta' Milan qiegħda tikser kontinwament il-valuri ta' limitu ta' kuljum u annwali tal-UE għall-konċentrazzjoni kemm tal-materja partikolata (PM10) kif ukoll tad-diossidu tan-nitroġenu (NO2)). Fl-aħħar nett, il-petizzjonanti jikkwotaw il-valur storiku u antropoloġiku ta' Piazza d'Armi, b'mod partikolari l-attività agrikola u r-restrizzjonijiet tal-pajsaġġ relatati, kif ukoll il-kampanji lokali ta' sensibilizzazzjoni dwar il-konservazzjoni mmexxija mill-Fondo Ambiente Italiano [Fond Taljan Ambjentali] fl-2017. Dawn il-punti kollha jsostnu l-argument għall-ħolqien ta' park pubbliku kbir fejn l-ispazju ekoloġiku u ż-żona fforestata kollha ta' Piazza d'Armi jistgħu jiġu kkonservati bħala "kapital naturali ta' bijodiversità".

Link do petycji

Obraz z kodem QR

Odrywana kartka z kodem QR

pobierać (PDF)

Brak argumentu ZA.

Nie ma jeszcze argumentu PRZECIW

Pomóż nam wzmocnić uczestnictwo obywateli. Chcemy, aby twoja petycja przyciągnęła uwagę i pozostała niezależna.

Wesprzyj teraz