F'isem il-Belt ta' Milan, dwar ir-rilokazzjoni lejn Amsterdam tas-sede tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) 

Indiener
Petitie is gericht aan
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
34 Ondersteunend 34 in Europese Unie

Handtekeningeninzameling voltooid

34 Ondersteunend 34 in Europese Unie

Handtekeningeninzameling voltooid

  1. Begonnen 2020
  2. Handtekeningeninzameling voltooid
  3. Overdracht voorbereiden
  4. Gesprek met ontvanger
  5. Beslissing

Dit is een online petitie van het Europees Parlement .

doorsturen

Il-petizzjonant jiddenunzja l-illegalità tal-proċedura li ġiet segwita għall-għażla ta' Amsterdam bħala s-sede l-ġdida tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA). Il-petizzjonant ressaq ukoll azzjoni quddiem il-Qorti Ġenerali biex jannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2017 dwar l-għażla tas-sede l-ġdida tal-EMA wara l-Brexit. Fil-fehma tal-petizzjonant, l-għażla tas-sede l-ġdida tal-EMA permezz ta' tlugħ bix-xorti hija użu ħażin tal-poteri. Dan ma jwassalx għal proċess trasparenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet abbażi ta' valutazzjonijiet tekniċi u kriterji speċifiċi ddeterminati minn qabel. Il-petizzjonant jilmenta li kien impossibbli li jiġu vvalutati b'mod xieraq iż-żewġ applikazzjonijiet ta' Milan u Amsterdam. Il-petizzjonant jallega ksur tal-prinċipji ta' amministrazzjoni tajba u trasparenza. Il-petizzjonant jisħaq li n-Netherlands ma pprovdewx informazzjoni preċiża għalkollox dwar id-disponibbiltà tal-bini għas-sede tal-EMA, li l-kontinwità tal-operat tagħha tista' tiġi pperikolata. Il-petizzjonant isostni li l-prerogattivi tal-Parlament Ewropew ma ġewx irrispettati kif xieraq, peress li d-deċiżjonijiet dwar is-sede tal-aġenziji tal-UE jenħtieġ li jittieħdu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Il-petizzjonant jitlob li jsir intervent f'waqtu mill-Parlament Ewropew sabiex jiġi rrispettat id-dritt tal-Unjoni. Il-petizzjonant jitlob ukoll li jinstema' quddiem il-Parlament Ewropew biex jipprovdi informazzjoni ġdida dwar il-kwistjonijiet involuti.

Link naar de petitie

Afbeelding met QR-code

Afscheurstrookje met QR-code

downloaden (PDF)

Nog geen voor argument.

Nog geen tegenargument.

Help mee om burgerparticipatie te vergroten. We willen je kwesties kenbaar maken en daarbij onafhankelijk blijven.

Nu ondersteunen