64 parašai
Rinkimas baigtas
Tai internetinė peticija Europos Parlamento .
Peticija adresuojama: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jiddenunzja l-impożizzjoni min-naħa tal-awtoritajiet Maltin tar-rekwiżit tal-paga medja nazzjonali, għall-kuntrarju tar-rekwiżit tal-paga minima nazzjonali, fuq Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi li altrimenti huma eliġibbli, li japplikaw għar-Riunifikazzjoni tal-Familja mat-tfal minorenni tagħhom. B'riżultat ta' dan, il-petizzjonant isostni li 41 tifel u tifla minorenni qed jiffaċċjaw l-evizzjoni minn Malta (fid-data tat-30 ta' Diċembru 2019).Il-petizzjonant jirreferi għad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE u b'mod partikolari għall-Artikolu 7(1)(c) tagħha: “riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti biex iżomm lilu nnifsu/lilha nnifisha u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha, mingħajr ma jirrikorri għas-sistema ta' għajnuna soċjali ta' l-Istat Membru kkonċernat. Stati Membri għandhom jistmaw dawn ir-riżorsi b'referenza għan-natura u r-regolarita tagħhom u jistgħu jqisu il-livell ta' pagi minimi nazzjonali u penjonijiet kif ukoll in-numru ta' membri tal-familja.”B'mod aktar speċifiku, huwa jevoka l-interpretazzjoni tal-QĠE tal-Artikolu 7(1)(c) tad-Direttiva fil-kawża C-578/08 Chakroun: 43 Peress li l-awtorizzazzjoni tar-riunifikazzjoni tal-familja hija r-regola ġenerali, il- possibbiltà prevista fl-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva għandha tiġi interpretata b'mod strett. Barra minn hekk, il-marġni ta' mmanuvrar mogħti lill-Istati Membri ma għandux jintuża minnhom b'mod li jippreġudika l-għan tad-Direttiva, li huwa li tiġi promossa r-riunifikazzjoni tal-familja, u sabiex din tintlaħaq b'mod effettiv.
Nuoroda į peticiją
Nuplėšiamas lapelis su QR kodu
parsisiųsti (PDF)Informacija apie peticiją
Peticija prasidėjo:
2020-05-01
Peticija baigiasi:
2021-04-30
Regione:
Europos Sąjunga
tema:
Administracija
diskusijos
Kol kas jokio argumento PRIEŠ.