Dwar l-allegat ksur tal-prinċipji tat-Trattat tal-UE b'rabta mar-riforma ġudizzjarja fil-Polonja 

navrhovateľ
Petícia je zameraná na
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
8 8 v Európska únia

Zbierka bola ukončená

8 8 v Európska únia

Zbierka bola ukončená

  1. Zahájená 2020
  2. Zbierka bola ukončená
  3. Pripravte na odovzdanie
  4. Dialóg s príjemcom
  5. Rozhodnutie

Toto je online petícia Európskeho parlamentu .

Preposielanie

Il-petizzjonant jirreferi għall-Artikolu 6(3) tat-TUE biex jindika l-allegat ksur min-naħa tal-Polonja tal-prinċipji indiskutibbli li fuqhom hija msejsa s-sistema fis-seħħ fl-Istati Membri tal-UE: l-istat tad-dritt, id-dritt iggarantit għal proċess ġust u, b'mod ġenerali, il-prinċipju tas-seperazzjoni tal-poteri fi tliet fergħat (eżekuttiva, leġiżlatura u ġudizzjarja). Fid-dawl tal-avvenimenti reċenti fil-Polonja - ir-riforma ġudizzjarja kontinwa, li, pereżempju, tissubordina l-qrati komuni għall-Ministeru tal-Ġustizzja li huwa wkoll Prosekutur Ġenerali - dawn il-prinċipji jidhru li huma mminati. Il-petizzjonant jirreferi wkoll għas-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tas-27 ta' Frar 2018, kawża: C-64/16, li, kif stipulat fl-Artikolu 19 tat-TUE, tafda wkoll lill-qrati nazzjonali (flimkien mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE) bir-responsabbiltà biex jiżguraw reviżjoni ġudizzjarja tal-ordni ġuridiku tal-Unjoni, filwaqt li jirrispettaw l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tat-Trattati tal-UE. Barra minn hekk, il-petizzjonant jindika t-tkeċċijiet implimentati b'mod retroattiv fil-Qorti Suprema, it-tqassir tal-mandat tal-President tal-Qorti Suprema għall-kuntrarju tal-Kostituzzjoni Pollakka, u l-abbuż ta' u n-nuqqas ta' konformità mal-prinċipju ta' sovranità fuq l-imħallfin li jagħtu s-sentenzi. Il-petizzjonant iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tressaq ilment kontra l-awtoritajiet Pollakki quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għan-nuqqas tagħhom li jikkonformaw mal-obbligi tagħhom kif ukoll li jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni billi jiksru l-prinċipji ta' qrati indipendenti u mħallfin indipendenti.

Odkaz na petíciu

Obrázok s QR kódom

Odtrhávací lístok s QR kódom

stiahnuť (PDF)

rozprava

Zatiaľ žiadny argument PRO.

Zatiaľ žiadny argument CONTRA.

Pomôžte posilniť občiansku účasť. Chceme, aby boli vaše obavy vypočuté a nezávislé.

Propagovať teraz