8 Signatures
Collection finished
Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.
Petition addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jilmenta li ċ-ċittadini tal-UE m'għandhomx aċċess għal informazzjoni uniformi dwar servizzi tat-trasport pubbliku għall-passiġġieri disponibbli fl-UE kollha. Għalkemm paġni web u applikazzjonijiet tal-mobile pprovduti jew minn kumpaniji tat-trasport jew minn awtoritajiet lokali jinkludu informazzjoni dwar mapep tat-trasport pubbliku u skedi ta' żmien, huwa jirrimarka li huwa diffiċli li din l-informazzjoni tinstab jew tinftiehem meta wieħed jiċċaqlaq minn Stat Membru tal-UE għal ieħor. Għalhekk, jissuġġerixxi li l-kumpaniji tat-trasport pubbliku fl-UE għandhom jiġu mħeġġa jużaw formati standard komuni meta jippubblikaw informazzjoni fuq mapep tat-trasport pubbliku u skedi ta' żmien u li ċ-ċittadini tal-UE għandu jkollhom aċċess għal sors komuni ta' informazzjoni dwar servizzi tat-trasport pubbliku fl-UE kollha. Fl-aħħar nett, il-petizzjonant jemmen li fondi tal-UE ma ntużawx biżżejjed għal dan il-għan.
Petition details
Petition started:
01/16/2020
Collection ends:
01/16/2021
Region:
European Union
Topic: