17 333 Paraksti
Kolekcija beidzās
Šī ir tiešsaistes petīcija Eiropas Parlamenta priekšsēdētājs ,
Petition richtet sich an: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jiddeskrivi kif fil-ħamsinijiet il-Parlament Ewropew beda l-attività tiegħu fi Strasburgu, bl-użu tal-bini tal-Kunsill tal-Ewropa, iżda mbagħad iddeċieda li jkollu s-sede tiegħu fi Brussell. Madankollu, l-ivvjaġġar bejn Brussell u Strasburgu baqa\u0027 għaddej, billi l-Istati Membri qablu, u naqxu fit-Trattati (Protokoll Nru 6), li \"Il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-sede tiegħu fi Strasburgu fejn it-tnax-il perijodu tas-sessjonijiet plenarji ta\u0027 kull xahar, inkluża s-sessjoni tal-baġit, għandhom jinżammu. Il-perjodi tas-sessjonijiet plenarji addizzjonali għandhom jinżammu fi Brussell [...]\". Il-petizzjonant jirreferi għal inizjattivi differenti meħuda mill-Membri bil-ħsieb li tiġi stabbilita sede unika fi Brussell. Il-petizzjonant jenfasizza li s-sitwazzjoni tal-Parlament Ewropew hija partikolari, billi ma għandux permess jiddeċiedi dwar il-post tas-sede tiegħu stess. Bħala soluzzjoni, il-petizzjonant jissuġġerixxi li s-Sala tal-Plenarja ta\u0027 Brussell tingħata l-isem ġdid \"STRASBURGU\", sabiex, meta jiltaqa\u0027 fi Brussell, il-Parlament Ewropew xorta waħda jkun qed jiltaqa\u0027 fi \"Strasburgu\", f\u0027konformità mat-test legali. Għalhekk, il-petizzjonant jissuġġerixxi li s-Sala tal-Plenarja ta\u0027 Brussell tingħata isem ġdid u jenfasizza l-iffrankar li kieku dan jiġġenera mil-lat tal-ispejjeż u tal-ambjent.
Saite uz petīciju
Noplēšama lapiņa ar QR kodu
lejupielādēt (PDF)Informācija par petīciju
Petition gestartet:
24.02.2020
Petition endet:
23.02.2021
Reģions:
Eiropas Savienība
Kategorija:
Vadība
Debates
Pagaidām nav PRET argumentu.