Ir-rappreżentanti legali, f'isem l-Assoċjazzjoni tal-Uffiċjali Taljani tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi, b'26 firma, dwar it-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni mħallsa fl-Italja lill-Eurocontrol u lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi  

Petition is directed to
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
1 supporter 1 in European Union

Collection finished

1 supporter 1 in European Union

Collection finished

  1. Launched 2019
  2. Collection finished
  3. Prepare submission
  4. Dialog with recipient
  5. Decision

Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.

forwarding

Il-petizzjonanti qed jippreżentaw petizzjoni fi grupp dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-pensjoni tal-klijenti tagħhom, li huma 26 impjegat taċ-ċivil internazzjonali li bħalissa qed jaħdmu għall-Eurocontrol u għall-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi. Huma kollha ċittadini Taljani li ħadmu fl-Italja u fl-UE qabel ma ngħaqdu ma' dawn l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Billi ma hemm l-ebda ftehim bejn l-Italja u l-Eurocontrol jew l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi li jipprevedi t-trasferiment tal-intitolamenti tal-pensjoni, jew l-aggregazzjoni tal-kontribuzzjonijiet, bil-għan li jinkiseb intitolament għal pensjoni unika, iċ-ċittadini Taljani inkwistjoni jistgħu jitilfu l-kontribuzzjonijiet li ħallsu fl-Italja, peress li l-liġi Taljana allegatament ma fiha l-ebda dispożizzjoni dwar ir-rimborż tagħhom. Il-petizzjonijiet jinvokaw: serje ta' artikoli tat-Trattati (9, 20, 45, 145, 146, 147 u 151 TFUE) u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (15 u 34), il-preamboli għad-Direttiva 2004/58/KE dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema, u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-UE, kif ukoll dokumenti oħra mfassla mill-Kummissjoni (COM(2012) 153 final dwar id-dimensjoni esterna tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-UE) u mill-Parlament (riżoluzzjoni tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-promozzjoni tal-mobilità tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-paragrafi 27 u 33) u, l-aħħar iżda mhux l-inqas, is-sentenza tal-QĠUE tal-4 ta' Lulju 2013 fil-Kawża C-233/12, Gardella vs INPS.Il-petizzjonanti qed jitolbu lill-Parlament biex iwaqqaf din id-diskriminazzjoni fir-rigward tal-aċċess għal intitolamenti tal-pensjoni, sabiex il-kontribuzzjonijiet imħallsa fil-pajjiż ta' oriġini jkunu jistgħu jiġu kkombinati ma' dawk imħallsa lill-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija hawn fuq. Il-petizzjonanti jitolbu wkoll li din il-kwistjoni ssir is-suġġett ta' riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew.

Link to the petition

Image with QR code

Tear-off slip with QR code

download (PDF)

Not yet a PRO argument.

No CONTRA argument yet.

Help us to strengthen citizen participation. We want to support your petition to get the attention it deserves while remaining an independent platform.

Donate now