F'isem l-"Asociación Sindical Independiente de Justicia", dwar diskriminazzjoni fit-trattament ta' uffiċjali pubbliċi interim mill-awtoritajiet tal-Istat fi Spanja, bi ksur tad-Direttiva 1999/70/KE  

Petition richtet sich an
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
870 Unterstützende 870 in Europäische Union

Sammlung beendet

870 Unterstützende 870 in Europäische Union

Sammlung beendet

  1. Gestartet 2020
  2. Sammlung beendet
  3. Einreichung vorbereiten
  4. Dialog mit Empfänger
  5. Entscheidung

Dies ist eine Online-Petition des Europäischen Parlaments.

Weiterleitung

Il-petizzjonant jilmenta li l-awtoritajiet pubbliċi fi Spanja qegħdin jiksru d-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, l-UNICE u s-CEEP, u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-31 ta' Mejju 2018 dwar l-użu abbużiv tal-kuntratti b'terminu fiss, billi jimminaw serjament il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-uffiċjali tal-qorti. Il-petizzjonant jirrimarka li l-awtoritajiet Spanjoli qegħdin ripetutament u kontinwament jiksru dan l-att leġiżlattiv. Il-petizzjonant jitlob li d-Direttiva 1999/70/KE tiġi trasposta b'mod korrett fir-rigward ta' mekkaniżmi effettivi u dissważivi li jippenalizzaw l-użu abbużiv ta' kuntratti b'terminu fiss għal uffiċjali pubbliċi interim li jaħdmu mal-"Administración de Justicia" [Ġudikatura], billi l-konverżjoni ta' dawn il-kuntratti b'terminu fiss f'kuntratti permanenti hija l-unika għażla li tikkonforma mad-Direttiva 1999/70/KE. Huwa jitlob ukoll li jiġu kkanċellati l-proċessi tal-għażla msejħa għat-taqsimiet legali u amministrattivi ġenerali tal-"Administración de Justicia", sa meta d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva msemmija qabel dwar il-penali għall-abbuż ta' kuntratti b'terminu fiss jiġu trasposti b'mod korrett.

Link zur Petition

Bild mit QR code

Abrisszettel mit QR Code

herunterladen (PDF)

Noch kein PRO Argument.

Noch kein CONTRA Argument.

Helfen Sie mit, Bürgerbeteiligung zu stärken. Wir wollen Ihren Anliegen Gehör verschaffen und dabei weiterhin unabhängig bleiben.

Jetzt fördern