Umwelt

Dwar ir-rimi u l-ħruq illegali ta' skart tossiku f'Ruma 

Roberta Angelilli
Petition is directed to
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
6 Supporters 6 in Europäische Union
0% from 1.000.000 for quorum
  1. Launched 24/09/2019
  2. Collection yet 11 months
  3. Submission
  4. Dialog with recipient
  5. decision

Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament. If you click "sign", you will get forwarded to get registered with the website of of the European Parliament:

Sign

Il-petizzjonanta tirrapporta t-tniġġis tal-ħamrija u tal-arja fid-distretti tal-Lvant ta' Ruma kkawżat mir-rimi u mill-ħruq illegali perikoluż tal-iskart f'siti tal-vjaġġaturi u f'żoni tal-viċinat. Il-prattika, magħrufa bħala "l-art tan-nirien", qed tifrex taħlita qerrieda ta' skart moħbi jew inċinerat perikoluż li jitħallat ma' dħaħen tossiċi u jwassal għal sistema ta' pproċessar ta' skart illegali, kif ukoll l-irkupru illegali ta' ruttamm tal-metall, miksub permezz ta' mezzi mhux awtorizzati. Fil-livell Ewropew, il-Kummissjoni aġixxiet billi għamlet stħarriġ fl-2014 (EU PILOT 6165/14/ENVI) li għandu l-għan li jidentifika kwalunkwe ksur tad-Diretttiva Qafas dwar l-Iskart fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent (l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98/KE), filwaqt li rċeviet l-impenn tal-awtoritajiet kompetenti (Ministeri u amministrazzjonijiet muniċipali) sabiex tadotta miżuri xierqa għal kontra l-prattika tar-rimi u tal-ħruq illegali ta' skart tossiku u sabiex jitnaddfu ż-żoni affettwati. Fil-livell nazzjonali u lokali, il-prattika kienet is-suġġett ta' investigazzjoni mill-"kumitat parlamentari dwar il-kundizzjonijiet ta' sigurtà u d-deterjorament tal-bliet u l-periferi tagħhom", kif ukoll bħala li qiegħda tiġi mmonitorjata mill-aġenzija reġjonali teknika għall-protezzjoni ambjentali, "ARPA Lazio". Minkejja l-miżuri eċċezzjonali mħabbra mill-Ministeru għall-Intern u l-Amministrazzjoni Muniċipali (inkluż kontroll militari fiż-żoni affettwati), analiżijiet fuq il-post li saret matul is-sajf tal-2017 uriet livelli kbar ta' materjali li jniġġsu u aġenti patoġeniċi (diossini u furani). Bħala riżultat ta' dan, il-petizzjonanta titlob li l-istituzzjonijiet Ewropej jaħdmu mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jidentifikaw il-ksur kollu possibbli tal-obbligi Komunitarji f'dan il-qasam.

Thank you for your support, Roberta Angelilli
pro

Not yet a PRO argument.

contra

No CONTRA argument yet.

Help us to strengthen citizen participation. We want your petition to get attention and stay independent.

Donate now