Li tinkludi 531 firma, dwar id-diżastru ambjentali kkawżat mill-estrazzjoni minerarja tal-faħam fil-miftuħ fil-lvant ta' Wielkopolska  

Petitioner
Petition is addressed to
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments

16 Signatures

Collection finished

16 Signatures

Collection finished

  1. Launched 2019
  2. Collection finished
  3. Prepare submission
  4. Dialog with recipient
  5. Decision

Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.

forwarding
This petition is also available in English.

Petition addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments

Il-petizzjonant jirrappreżenta residenti tal-muniċipalitajiet fil-fruntiera ta' Wielkopolska u Kujawy li ilhom aktar minn 10 snin iwissu dwar it-theddida għall-ambjent ikkawżata mill-minjieri tal-linjite fir-reġjun. Fl-2008 tressaq ilment quddiem il-Kummissjoni dwar valutazzjoni tal-impatt ambjentali li ma saritx kif suppost. It-talbiet għal konformità mar-regolamenti ambjentali, pereżempju fil-każ tal-Lag Gopło, ma ġewx rispettati mill-Gvern Pollakk; waħda mill-minjieri qed topera mingħajr permessi validi tal-ilma, u l-minjieri attivi qed ikollhom impatt dejjem aktar negattiv fuq l-ambjent. Il-kundizzjonijiet idroloġiċi, ir-riżorsi tal-ilma u l-kwalità tal-ilma qed jiddeterjoraw, filwaqt li bosta żoni protetti ta' NATURA 2000, speċijiet ta' valur u ħabitats protetti mid-Direttiva dwar l-Għasafar u dik dwar l-Ambjent jinsabu taħt theddida. In-nixfa u t-tniġġis ikkawżat mill-metall tqil mhumiex l-uniċi effetti ta' dan l-isfruttament estensiv tal-linjite. Barra minn hekk, minkejja l-protesti mill-komunità, l-estrazzjoni minerarja tal-linjite għadha prijorità għall-Gvern Pollakk, minkejja l-ħsara u t-telf għaċ-ċittadini u għall-ambjent, u l-programmi ta' ppjanar spazjali introdotti mill-awtoritajiet ċentrali u lokali jnaqqsu r-rwol u l-kapaċità tal-komunitajiet lokali li jipparteċipaw fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-ippjanar spazjali u l-attivitajiet minerarji fir-reġjun.

Petition details

Petition started: 09/24/2019
Collection ends: 09/23/2020
Region: European Union
Topic: Environment

Help us to strengthen citizen participation. We want to support your petition to get the attention it deserves while remaining an independent platform.

Donate now