Administration

F'isem l-EFRI (l-Inizjattiva Ewropea għall-Irkupru tal-Fondi), dwar il-prevenzjoni, il-prosekuzzjoni u r-ristituzzjoni fir-rigward taċ-ċiberattakki finanzjarji kontra l-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea 

Petitioner
Petition is directed to
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
0 supporters 0 in European Union

Collection finished

0 supporters 0 in European Union

Collection finished

  1. Launched 2020
  2. Collection finished
  3. Prepare submission
  4. Dialog with recipient
  5. Decision

Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.

forwarding

Il-petizzjonant jilmenta dwar il-fatt li, filwaqt li l-Unjoni Ewropea stabbiliet għaliha nnifisha l-objettiv li żżomm u tiżviluppa spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, kif ukoll li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, dawn l-inizjattivi s'issa għadhom ma taw l-ebda riżultat fil-qasam tal-prevenzjoni taċ-ċiberkriminalità. Il-ġlieda kontra t-theddida dejjem akbar taċ-ċiberkriminalità u l-iżgurar ta' ambjent finanzjarju sikur għall-konsumaturi, b'mod partikolari, għandhom jibqgħu prijorità. Il-petizzjonant jirrimarka li l-konsumaturi Ewropej jinsabu f'riskju li jitilfu t-tfaddil tagħhom minħabba scams ta' investiment online organizzati tajjeb u tipi oħra ta' frodi, li jinvolvu ħasil tal-flus u attivitajiet terroristiċi, operati minn networks kriminali transnazzjonali organizzati. Fl-opinjoni tal-petizzjonant, dawn l-organizzazzjonijiet, impriżi u individwi joperaw mingħajr biża' jew theddida ta' prosekuzzjoni kriminali. It-telf finanzjarju minħabba ċ-ċiberkriminalità u l-għadd ta' każijiet qed jiżdiedu b'ritmu mgħaġġel. Il-petizzjonant għalhekk jitlob lill-Parlament Ewropew iniedi azzjonijiet preventivi u kampanji ta' sensibilizzazzjoni u edukazzjoni pubbliċi fil-livell Ewropew biex jiġbed l-attenzjoni għal dan it-tip ta' reat. Huwa jitlob ukoll li jiġu mħeġġa l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali madwar l-Unjoni Ewropea, u din hija r-raġuni għaliex qed jitlob li tinħoloq awtorità indipendenti u deċentralizzata fl-Unjoni Ewropea bis-setgħa li tinvestiga u tressaq quddiem il-ġustizzja tali ċiberkriminalità kontra l-konsumaturi Ewropej. Il-petizzjonant iqis li l-liġi kriminali għandha tiġi mmodifikata u mmodernizzata fil-livell Ewropew fir-rigward tar-responsabbiltà penali tal-korporazzjonijiet. Il-petizzjonant jitlob ukoll li tiġi adottata malajr id-Direttiva dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, li se tippermetti lill-konsumaturi jingħaqdu flimkien kontra tali prattiki illegali, u jressqu kawżi kollettivi sabiex jiksbu kumpens għad-danni.

Link to the petition

Image with QR code

Tear-off slip with QR code

download (PDF)

Not yet a PRO argument.

No CONTRA argument yet.

Help us to strengthen citizen participation. We want to support your petition to get the attention it deserves while remaining an independent platform.

Donate now