1 547 Aláírások
A gyűjtés befejeződött
Ez egy online petíció az Európai Parlament .
A petíció címzettje: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonanta titlob lill-Parlament jippromwovi projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' Gonadotropina Serika tad-Debba Tqila (PMSG) mill-Amerika t'Isfel, wara r-riżultati ta' investigazzjonijiet li jixhdu trattament inuman ta' dwieb fl-Urugwaj u fl-Arġentina. Il-PMSG tintuża biex jiġu prodotti mediċini veterinarji biex tiżdied il-fertilità tal-annimali tal-irziezet fl-UE, b'mod partikolari l-ħnieżer. Il-petizzjonanta ssostni li l-azjendi tal-biedja tad-demm fl-Amerika t'Isfel ma jirrispettawx id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 142/2011 dwar prodotti sekondarji tal-annimali fir-rigward tal-importazzjoni, it-tranżitu u l-esportazzjoni ta' prodotti sekondarji tal-annimali u ta' prodotti derivati. Id-dwieb mhumiex soġġetti għal kontrolli veterinarji u jbatu minn kundizzjoni ħażina tas-saħħa. L-awtoritajiet nazzjonali ma jipprovdux biżżejjed kontrolli u awditjar tal-azjendi agrikoli. Il-petizzjonanta tindika wkoll li l-użu ta' PMSG jikkawża effetti deplorevoli fuq is-saħħa u l-benesseri ta' ħnieżer nisa u qżieqeż Ewropej u li jeżistu mezzi alternattivi li jwasslu għall-fertilità tal-ħnieżer. Il-petizzjonanta tenfasizza li 2 miljun ċittadin iffirmaw il-petizzjoni AVAAZ biex tiġi pprojbita l-importazzjonijiet ta' PMSG prodotta b'mod krudili.
Link a petícióhoz
Letéphető cédula QR kóddal
letöltés (PDF)A petíció részletes meghatározása
A petíció elkezdődött:
2019. 09. 24.
A petíció véget ér:
2020. 09. 23.
Terület:
Európai Unió
Kategória:
Állatvédelem
Vita
Még nincs CONTRA érv.