F'isem CESS GmbH i.L. – Centre for European Security Strategies, dwar il-problemi li jiffaċċjaw l-SMEs biex jieħdu sehem fi proġetti ta' riċerka  

Petition is directed to
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
0 supporters 0 in European Union

Collection finished

0 supporters 0 in European Union

Collection finished

  1. Launched 2020
  2. Collection finished
  3. Prepare submission
  4. Dialog with recipient
  5. Decision

Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.

forwarding

Il-petizzjonant isostni li d-ditta CESS hija SME u kumpanija b'responsabbiltà limitata b'żewġ sħab; dawn huma wkoll diretturi maniġerjali u impjegati. Skont il-petizzjonant, l-attività ewlenija tad-ditta hija l-involviment f'għadd ta' proġetti ta' riċerka relatati mas-sigurtà fil-livell nazzjonali u internazzjonali u, b'mod partikolari, fis-sitt u fis-seba' Programmi Qafas ta' Riċerka tal-UE. Huwa jispjega wkoll li, b'rabta mal-proġett PULSE tal-FP7, id-ditta tiegħu sarilha awditu mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fir-rigward tar-rata ta' kull siegħa mitluba mis-sħab, u li dan wassal għal tnaqqis ta' madwar 33 % fir-rata ta' kull siegħa aċċettata u, sussegwentement, fi rkupru sostanzjali tal-pagamenti mis-CESS jew fiż-żamma ta' aktar minn EUR 70 000 f'dawk li huwa jqis bħala l-pretensjonijiet ġustifikati tad-ditta. B'riżultat ta' dan, skont il-petizzjonant, dik li altrimenti mhi xejn għajr ħlief ditta ta' suċċess kbir, tista' tagħlaq u, agħar minn hekk, tfalli. Fil-fehma tal-petizzjonant, l-eżitu tal-awditu tal-proġett jirriżulta minn differenza fl-evalwazzjoni tal-persunal u tas-sħab tad-ditta. Madankollu, skontu, dan huwa żball u, minħabba li d-ditta hija SME, jikkostitwixxi interpretazzjoni ħarxa tat-terminu "salarju" mill-Qorti tal-Awdituri, peress li, fl-opinjoni tiegħu, dan huwa assoċjat b'mod skorrett ma' kuntratt ta' impjieg, li s-sħab f'kumpaniji b'responsabbiltà limitata ma jidħlux fih. Il-petizzjonant isostni li l-kalkolu obbligatorju tar-"rata fissa ta' Marie Curie" magħmul mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni C(2011) 174 dwar ir-remunerazzjoni tas-sidien tan-negozji li ma jirċevux salarju, jirrifletti b'mod żbaljat ir-reviżjoni, mitluba mill-Parlament u mill-Kunsill, tal-metodi ta' kalkolu fi ħdan is-Seba' Programm Qafas ta' Riċerka. Skontu, il-kalkolu ttieħed minn programm ieħor, li, madankollu, huwa relatat mar-remunerazzjoni ta' organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, pereżempju remunerazzjoni għar-riċerkaturi sekondati mill-universitajiet, iżda li ma jkunux sħab f'ditti. Għalhekk, huwa qed jitlob li ssir verifika fir-rigward ta' jekk id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tinterpretax b'mod korrett dak li ġie stabbilit mill-Parlament (id-deċiżjoni tat-23 ta' April 2009 (2009/633/KE, Euratom) u mill-Kunsill fl-14 ta' Ottubru 2010 (14980/10).

Link to the petition

Image with QR code

Tear-off slip with QR code

download (PDF)

Not yet a PRO argument.

No CONTRA argument yet.

Help us to strengthen citizen participation. We want to support your petition to get the attention it deserves while remaining an independent platform.

Donate now