0 Potpisi
Zbirka završena
Ovo je online peticija Europskog parlamenta .
Petition richtet sich an: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant u martu huma ċittadini Indjani li jgħixu fir-Renju Unit. Il-petizzjonant isostni li ż-żewġt ulied minorenni tiegħu ġew meħuda mill-ġenituri tagħhom b’mod abbużiv mis-servizzi soċjali (l-Awtorità Lokali) fl-2015. Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-petizzjonant u martu jsostnu li ma tħallewx jaraw lit-tfal tagħhom jew ikellmuhom fuq it-telefown. Sadanittant, mart il-petizzjonant, li kienet tqila bit-tielet wild tagħhom, telqet mir-Renju Unit, peress li beżgħet li l-awtoritajiet setgħu jieħdu t-tielet wild tagħha jekk jitwieled fir-Renju Unit. Fi Frar 2016, il-qorti tal-familja awtorizzat lill-Awtorità Lokali biex tqiegħed it-tfal tal-petizzjonant għall-adozzjoni. L-appell tal-petizzjonant kontra d-deċiżjoni tal-qorti tal-familja ġie miċħud, l-istess bħat-tentattiv tiegħu li jressaq il-każ quddiem il-Qorti Suprema tar-Renju Unit. Huwa ppreżenta applikazzjoni quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem bbażata fuq l-Artikoli 8 u 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li ġiet iddikjarata inammissibbli billi l-ilment kien ġie ppreżentat tard wisq.Il-petizzjonant qed jitlob lill-Parlament biex jintervjeni u jgħin lit-tfal tiegħu jiġu ripatrijati lejn pajjiżhom u jingħaqdu mal-familja tagħhom.
Link na peticiju
Listić za odvajanje s QR kodom
Preuzimanje (PDF)Informacije o peticiji
Petition gestartet:
24. 09. 2019.
Petition endet:
23. 09. 2020.
Regija:
Europska unija
Kategorija:
Debata
Još nema argumenata protiv.