Dwar l-allegat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni mill-awtoritajiet reġjonali tal-Puglia 

Petition is directed to
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
0 supporters 0 in European Union

Collection finished

0 supporters 0 in European Union

Collection finished

  1. Launched 2020
  2. Collection finished
  3. Prepare submission
  4. Dialog with recipient
  5. Decision

Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.

forwarding

Il-petizzjonant jindika li ksur serju tar-regoli tal-kompetizzjoni bl-involviment ta' proċedura tal-offerti għax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni wassal għal tilwim legali fit-tul mal-awtoritajiet reġjonali, li jinvolvi għadd ta' tentattivi mill-petizzjonant biex il-proċedura tiġi invalidata mill-qorti amministrattiva. Wara li l-ewwel aċċerta li l-proċedura tal-offerti kienet tikkostitwixxi ksur tad-dritt kriminali (ara "Informazzjoni"1(1)), il-petizzjonant ressaq għadd ta' lmenti lill-awtoritajiet reġjonali tal-Puglia fi sforz biex l-istedina oriġinali tagħhom għall-preżentazzjoni tal-offerti tiġi kkanċellata u tiġi ssostitwita bi proċedura konformi ma' regoli tal-kompetizzjoni ġusti. Quddiem in-nuqqas ta' azzjoni persistenti mill-awtoritajiet reġjonali, il-petizzjonant ressaq appell amministrattiv lill-Kunsill tal-Istat (ara "Informazzjoni" 1(2)), li ħareġ żewġ sentenzi favorevoli , fl-2015 u fl-2017 rispettivament. Sadanittant, l-awtoritajiet reġjonali rrifjutaw b'mod persistenti li jikkanċellaw il-proċedura tal-offerti irregolari u joħorġu stedina ġdida għall-preżentazzjoni tal-offerti, abbażi tal-argument li, fid-data tal-ewwel deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat, kienet tkun għalja wisq li x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni jerġgħu jinbdew mill-ġdid (ara "Informazzjoni" 1(3)). Minkejja ż-żewġ sentenzi tiegħu li ordnaw lill-awtoritajiet reġjonali jikkanċellaw il-proċedura tal-offerti u jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa, it-tilwim ġie rreferut lill-Kunsill tal-Istat għat-tielet darba (ara "Informazzjoni" 1(4)). Madankollu, it-tielet sentenza (5 ta' Ġunju 2018) kienet xi ftit differenti minn dawk preċedenti, għaliex meta l-Kunsill tal-Istat innota li l-bini kien kważi lest ma ordnax id-demolizzjoni tiegħu, u wisq anqas proċedura tal-offerti ġdida (ara "Informazzjoni" 1(5)). Fid-deċiżjoni finali tiegħu (28 ta' Mejju 2019), huwa ċaħad ukoll lill-firmatarju d-dritt għal kumpens għad-danni abbażi tal-argument li x-xogħlijiet kienu diġà laħqu punt tant avvanzat li kienu irriversibbli (ara "Informazzjoni" 1(6)). Finalment, b'appoġġ għat-talba tiegħu, il-petizzjonant jirreferi għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, li tirrikjedi li l-Istati Membri jagħmlu tajjeb għal kwalunkwe dannu li jirriżulta minn ksur tad-dritt tal-Unjoni, f'dan il-każ l-Artikolu 101 tat-TFUE u d-Direttiva 2004/18 li tistabbilixxi regoli dwar kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi (ara "Informazzjoni" 2.1), dment li tali danni jkunu ġejjin minn deċiżjoni ta' qorti tal-aħħar istanza - il-Kunsill tal-Istat. Huwa jinnota li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti mill-Qorti (ara "Informazzjoni" 2(2)) huma ssodisfati f'dan il-każ. Għalhekk, jistieden lill-UE tibda proċedimenti għal ksur tat-Trattat u tal-leġiżlazzjoni sekondarja dwar kompetizzjoni ħielsa, kif ukoll l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-dritt għal proċess ġust.

Link to the petition

Image with QR code

Tear-off slip with QR code

download (PDF)

Not yet a PRO argument.

No CONTRA argument yet.

Help us to strengthen citizen participation. We want to support your petition to get the attention it deserves while remaining an independent platform.

Donate now