Foreign affairs

F'isem 340 organizzazzjoni, dwar il-ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Mercosur, u b'mod partikolari l-każ tal-Brażil 

Petitioner
Petition is directed to
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
22 supporters 22 in European Union

Collection finished

22 supporters 22 in European Union

Collection finished

  1. Launched 2020
  2. Collection finished
  3. Prepare submission
  4. Dialog with recipient
  5. Decision

Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.

forwarding

Il-petizzjoni titlob li n-negozjati dwar il-ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Mercosur jitwaqqfu immedjatament. Il-petizzjonanti jitolbu lill-UE biex tuża l-influwenza tagħha sabiex tipprevjeni l-aggravar tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u dik ambjentali fil-Brażil, billi r-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem huma għan ewlieni tal-Unjoni. Il-petizzjonanti jsostnu li l-amministrazzjoni tal-Brażil qiegħda tkompli thedded il-funzjonament demokratiku bażiku tas-soċjetà ċivili bil-Ministeru tal-Agrikoltura jsir responsabbli għad-demarkazzjoni tal-art indiġena, li jwitti t-triq għal aktar negozju agrikolu tal-baqar u tas-sojja, u b'dan qiegħda tiġi aċċellerata d-deforestazzjoni. Il-petizzjoni twissi wkoll dwar iż-żidiet ta' territorji indiġeni taħt attakk mill-invażuri u dwar l-attivisti li qegħdin jiġu attakkati u msejħa "terroristi". B'konsegwenza taċ-ċaħda tat-tisħin globali, id-dipartimenti responsabbli għat-tibdil fil-klima ġew aboliti, u għalhekk il-possibbiltajiet tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi tpoġġew f'riskju serju. F'dan il-kuntest, il-petizzjonanti jitolbu wkoll lill-UE biex tiggarantixxi li ma jinbiegħ l-ebda prodott Brażiljan, f'każ li dawn il-prodotti jkunu wasslu għal aktar deforestazzjoni, ħtif tal-art ta' artijiet nattivi jew ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Il-petizzjonanti jitolbu wkoll li jingħata appoġġ lis-soċjetà ċivili Brażiljana u li jiġi mmonitorjat il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari fil-konfront tal-popli indiġeni u d-difensuri ambjentali.

Link to the petition

Image with QR code

Tear-off slip with QR code

download (PDF)

Not yet a PRO argument.

No CONTRA argument yet.

Help us to strengthen citizen participation. We want to support your petition to get the attention it deserves while remaining an independent platform.

Donate now