Dwar tkarkir bl-impulsi elettriċi fil-Baħar tat-Tramuntana, in-Netherlands 

Petitioner
Petition is directed to
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
19 supporters 19 in European Union

Collection finished

19 supporters 19 in European Union

Collection finished

  1. Launched 2019
  2. Collection finished
  3. Prepare submission
  4. Dialog with recipient
  5. Decision

Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.

forwarding

Il-petizzjonanta tilmenta dwar l-effetti ta' ħsara tat-tkarkir bl-impulsi elettriċi, li juża kejbils biex jintbagħtu impulsi elettriċi tul qiegħ il-baħar, b'mod li l-ħut "jistordi" u jitressqu iktar malajr lejn ix-xbieki tas-sajjieda. Is-sajd bl-elettriku ilu pprojbit fl-UE sa mill-1998, iżda fl-2007 saret eċċezzjoni għat-tkarkir bl-impulsi elettriċi. Il-petizzjonanta turi li 28 % tal-flotta Netherlandiża hija mgħammra b'sistemi ta' impulsi elettriċi, li taqbeż il-kwoti tal-UE u tikkawża kompetizzjoni inġusta fis-suq intern tal-UE, minħabba li tippermetti lis-sajjieda Netherlandiżi biex faċilment u b'mod konsistenti jimmultiplikaw il-qabda tagħhom. Fil-fehma tal-petizzjonanta, dan il-mod intensiv ta' sajd imur kontra l-prinċipju tas-senzjenza tal-annimali u l-ħtieġa li jiġi protett il-benessri tal-ħut, kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 13 tat-TFUE, minħabba li jikkawża sofferenza fuq il-ħut meta jmut kif ukoll jaffettwa b'mod indiskriminatorju l-ispeċijiet l-oħra preżenti f'qiegħ il-baħar, b'hekk tiġi pperikolata l-ekosistema marina kollha. Il-petizzjonanta tistieden lill-Parlament Ewropew jintroduċi projbizzjoni sħiħa fl-UE kollha fuq dan il-metodu ta' sajd u sabiex jippromwovi aħjar il-leġiżlazzjoni dwar il-benessri tal-annimali.

Link to the petition

Image with QR code

Tear-off slip with QR code

download (PDF)

Not yet a PRO argument.

No CONTRA argument yet.

Help us to strengthen citizen participation. We want to support your petition to get the attention it deserves while remaining an independent platform.

Donate now