163 signatures
Collecte terminée
Il s'agit d'une pétition en ligne du Parlement européen.
La pétition est adressée à : Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jiddeskrivi l-problemi tiegħu, u jindika li l-mara Ġappuniża tiegħu ħatfet iż-żewġt itfal tiegħu, li għandhom ukoll ċittadinanza Taljana, u jsostni li l-Ġappun qed jikser il-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri, li rratifika fl-2014. Huwa jirrimarka li l-leġiżlazzjoni Ġappuniża ma tipprevedi l-ebda kustodja konġunta, dritt ta' żjarat jew ta' aċċess għall-ulied għal ġenituri mhux Ġappuniżi. Għaldaqstant, huwa qed jitlob lill-Parlament Ewropew jippreżenta osservazzjonijiet lill-Ġappun, u jitolbu jagħmel dak kollu neċessarju biex jipprevjeni ksur ulterjuri tad-dritt nazzjonali u internazzjonali, b'mod partikolari l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1989 dwar it-Drittijiet tat-Tfal.
détails de la pétition
Pétition lancée:
16/01/2020
Fin de la collecte:
16/01/2021
Région:
Union européenne
Catégorie: