10 signatures
Collection finished
Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.
Petition is addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant isemmi kwistjonijiet relatati ma' regolament Taljan (Digriet Reġju 1592/1933, Artikolu 142), skont liema l-istudenti iskritti f'università fl-Italja ma jistgħux jirreġistraw f'kors għal lawrja oħra, f'kors tal-Masters jew f'kors postlawrja speċjalistika fl-Italja. Skont il-petizzjonant, il-projbizzjoni fuq ir-reġistrazzjoni fl-istess ħin f'aktar minn kors ta' studju wieħed tapplika wkoll għal studenti li x'aktarx jixtiequ jirreġistraw f'università fi Stat Membru ieħor tal-UE fl-istess ħin waqt li jkunu iskritti f'università fl-Italja. Għaldaqstant, il-petizzjonant iqis li din il-projbizzjoni tiddiskrimina kontra l-istudenti Taljani meta mqabbla ma' studenti Ewropej oħra, li mhux biss jitħallew jirreġistraw f'aktar minn università waħda fl-istess ħin, iżda saħansitra jitħeġġu jagħmlu hekk mis-sistemi nazzjonali tagħhom stess. Bħala konklużjoni, il-petizzjonant jiddikjara li din il-projbizzjoni tikkostitwixxi ksur tad-dritt għal edukazzjoni mnaqqax fl-Artikolu 14 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.
Link to the petition
Tear-off stub with QR code
download (PDF)Petition details
Petition started:
08/27/2020
Petition ends:
08/26/2021
Region:
European Union
Topic:
Debate
No CONTRA argument yet.