Health

F'isem "Collectif des citoyens européens du narbonnais", dwar id-dritt ta' kull ċittadin li jgħix qrib is-sit Orano Malvési għal għajxien f'ambjent b'saħħtu 

Petition is directed to
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
1 supporter 1 in European Union

Collection finished

1 supporter 1 in European Union

Collection finished

  1. Launched 2020
  2. Collection finished
  3. Prepare submission
  4. Dialog with recipient
  5. Decision

Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.

forwarding

Il-petizzjonanta tirreferi għar-reġjun ta' Occitanie f'Languedoc, reġjun awtentiku produttur tal-inbid li huwa apprezzat ħafna minn komunità ta' Ewropej li qed tikber b'rata mgħaġġla, li jinsab qrib Narbonne. Anqas minn 2 km bogħod mid-distretti residenzjali ta' Narbonne, il-kumpanija Orano Malvési-Narbonne, li tappertjeni għall-Istat Franċiż u investituri internazzjonali, tippurifika 25 % tal-uranju kollu madwar id-dinja u 100 % tal-uranju fi Franza. Dan huwa kklassifikat bħala sit SEVESO b'limitu għoli. Mill-1959, ġew ipproċessati 500 000 tunnellata ta' uranju, li jfornu l-uranju għal 58 reattur nukleari fi Franza, imsieħba oħra fl-Ewropa u klijenti barranin. Il-ħażna ta' skart kontaminat (400 000 m3) hija kklassifikata bħala Installazzjoni Bażika Nukleari (Basic Nuclear Facility – BNF). Is-sit jarmi inkwinanti kimiċi u klimatiċi fl-ambjent, inkluż fil-Canal de la Robine (sit ta' patrimonju tal-UNESCO), li jiskula fil-laguna f'Étang de Bages-Sigean, żona protetta ta' Natura 2000. Meta fl-2004, inkiser dyke u ħareġ 30 000 m3 ta' ħama radjuattiva, bdew protesti pubbliċi, minħabba l-impatt ambjentali (fl-arja, fl-ilma, fil-ħamrija u fix-xtut) u l-perikli. Qrib is-sit, fuq pjanti u uċuħ tar-raba' (frott, ċereali), ġie identifikat l-uranju u prodotti sekondarji oħra. Il-petizzjonanta tirreferi wkoll għal rata ta' mwiet ogħla b'mod sinifikanti minħabba kanċer tal-pulmun u għall-fatt li ma sar l-ebda studju epidemjoloġiku. Ġew awtorizzati faċilitajiet ġodda li jipprovokaw rilaxxi addizzjonali li se jżidu aktar minn 40 000 3 ta' gassijiet tossiċi fis-siegħa mal-livell attwali ta' emissjonijiet. Il-petizzjonanta qed tikkontesta l-legalità tal-inkjesta pubblika li saret qabel ma ngħatat din l-awtorizzazzjoni. Fl-2018, ġiet awtorizzata fabbrika li timmanifattura d-diossidu tal-uranju, din id-darba mingħajr ebda konsultazzjoni pubblika jew studju dwar l-impatt u mingħajr ma ġiet infurmata l-popolazzjoni lokali dwar il-konsegwenzi tas-saħħa, ekoloġiċi u ekonomiċi. Il-"Collectif des citoyens européens du narbonnais" iddeċidew li jitolbu d-dritt tagħhom li jgħixu f'ambjent san biex fil-futur jiġu evitati diżastri ambjentali jew tas-saħħa pubblika.

Link to the petition

Image with QR code

Tear-off slip with QR code

download (PDF)

Not yet a PRO argument.

No CONTRA argument yet.

Help us to strengthen citizen participation. We want to support your petition to get the attention it deserves while remaining an independent platform.

Donate now