Dwar l-allegata diskriminazzjoni bejn l-għalliema Taljani fil-proċedura li tirregola l-ammissjoni għal-listi ta' riżerva għall-persunal tat-tagħlim 

Peticija je naslovljena na
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments

5.662 Podpisi

Zbiranje končano

5.662 Podpisi

Zbiranje končano

  1. Začelo 2019
  2. Zbiranje končano
  3. Pripravite oddajo
  4. Dialog s prejemnikom
  5. Odločitev

To je spletna peticija Evropskega parlamenta .

Posredovanje
Ta peticija je na voljo tudi v slovenski .

Peticija je naslovljena na: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments

Il-petizzjonant jiddeskrivi l-allegata diskriminazzjoni li affaċċjaw 55 000 persuna b'diplomi tat-tagħlim mhux universitarji ("diploma magistrale") bħala riżultat ta' sentenza li ngħatat mill-Kunsill tal-Istat fis-sessjoni plenarja (Sentenza Nru 11 tal-20/12/17). Is-sentenza kkundannat il-kategorija ta' impjieg tal-petizzjonant, f'termini ta' jekk kienx leġittimu li fil-listi ta' riżerva magħluqin (GAE) jiġu inklużi dawk li ngħataw diplomi tat-tagħlim tal-iskola sekondarja qabel l-2001-2002, wara li l-listi (ta' riżerva) ta' klassifikazzjoni permanenti ġew mibdula f'listi ta' riżerva magħluqin imsejħa "graduatorie ad esaurimento" (GAE), fejn wieħed mill-argumenti kien li d-"diploma magistrale" ma kinitx adegwata bħala kwalifika abilitanti għall-iskop tal-inklużjoni fil-listi ta' riżerva GAE. Din is-sentenza tmur kontra l-pożizzjoni stabbilita sew tas-6 Kamra tal-Kunsill tal-Istat innifisha, u dan iffiser li l-għalliema inkwistjoni jkunu pprojbiti minn kwalunkwe forma ta' tagħlim fl-iskejjel tal-istat u fl-iskejjel (semiprivati) akkreditati. Barra minn hekk, madwar 10 000 għalliem, li ġew irreklutati taħt kuntratti indefiniti, ikunu esposti biex jingħataw is-sensja, minkejja l-fatt li diġà ġew ikkonfermati fil-postijiet permanenti tagħhom. It-trattament differenti tal-għalliema Taljani affettwati mis-sentenza msemmija hawn fuq jaffettwa wkoll liċ-ċittadini ta' Stati Membri oħra, bħar-Rumanija, li tqiesu eliġibbli biex jgħallmu fl-iskejjel primarji Taljana b'diplomi barrani li jistgħu jitqabblu ma' dawk tal-għalliema Taljani li jkollhom diplomi tat-tagħlim "magistrale". Fl-aħħar mill-aħħar, is-sentenza tas-sessjoni plenarja tal-Kunsill tal-Istat tkun f'kunflitt mal-Klawżola 5 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss annessat mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta' Ġunju 1999, peress li n-nuqqas ta' inklużjoni ta' ċerti għalliema fil-listi ta' riżerva magħluqin GAE jfisser li l-għalliema li jkollhom "diploma magistrale" ma jkunu jistgħu jużaw l-ebda miżura preventiva jew punittiva effettiva fir-rigward tat-tiġdid illegali (ta' 10 snin) tal-kuntratti tagħhom għal żmien fiss. Din tikser ukoll l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali.

Povezava do peticije

Slika s kodo QR

Listek za trganje s kodo QR

Prenesi (PDF)

Informacije o peticiji

Peticija se je začela: 24. 09. 2019
Konec peticije: 23. 09. 2020
Regiji: Evropska unija
kategorijo:

razprava

Zaenkrat še ni nobenega PRO argumenta.

Ni še argumenta CONS.

Pomagajte okrepiti sodelovanje državljanov. Želimo, da bi bili vaši pomisleki slišani in hkrati ostali neodvisni.

Promovirajte zdaj