Administrácia

Dwar it-titjib tal-ħarsien tad-drittijiet fundamentali taħt ordnijiet ta' produzzjoni tal-UE  

Petícia je zameraná na
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
1 podporovateľ 1 v Európska únia

Zbierka bola ukončená

1 podporovateľ 1 v Európska únia

Zbierka bola ukončená

  1. Zahájená 2020
  2. Zbierka bola ukončená
  3. Pripravte na odovzdanie
  4. Dialóg s príjemcom
  5. Rozhodnutie

Toto je online petícia Európskeho parlamentu .

Preposielanie

Skont il-petizzjonant, il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali ġie traskurat fil-proposta attwali għal ordnijiet ta' produzzjoni tal-UE (COM(2018)0225). Il-petizzjonant isostni li stat rikjedenti jingħata evidenza elettronika mingħajr l-involviment tal-qrati nazzjonali; huwa jallega li, skont il-proposta, ma tantx hemm lok għall-individwi biex jiddefendu lilhom infushom u l-kumpaniji privati se jingħataw wisq setgħat. Il-petizzjonant jitlob li jittejbu l-ordnijiet ta' produzzjoni fir-rigward tal-protezzjoni tad-data, il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni taċ-ċittadini tal-UE minn spjunar. Il-petizzjonant għamel għadd ta' proposti speċifiċi għal titjib għar-regolament propost, inkluż li jiġi evitat li evidenza miksuba illegalment tintuża f'investigazzjoni jew fil-qorti. Skont il-petizzjonant, għandu jkun hemm rapportar dirett lill-fornituri tas-servizzi, l-evidenza għandha tinħażen abbażi tal-metodu tal-"iffriżar malajr", u għandu jkun possibbli biss li d-data tiġi ppreżentata fil-qorti fuq inġunzjoni fl-istati rikjedenti u riċeventi. Il-petizzjonant iqis li l-Istat Membru tal-individwu kkonċernat għandu jkollu veto. Huwa tal-fehma li, fil-każ ta' użu mhux xieraq, kemm l-istat rikjedenti u dak riċeventi għandhom jinżammu konġuntament responsabbli u li l-persuni marbuta bis-segretezza professjonali għandhom ikunu protetti minn stħarriġ ġudizzjarju doppju. Il-petizzjonant isostni li l-persuna kkonċernata għandha tkun infurmata dwar il-produzzjoni tad-data u dwar rikors possibbli għal rimedju ġudizzjarju u li d-data għandha tiġi prodotta biss b'rabta ma' reati kriminali serji.

Odkaz na petíciu

Obrázok s QR kódom

Odtrhávací lístok s QR kódom

stiahnuť (PDF)

rozprava

Zatiaľ žiadny argument PRO.

Zatiaľ žiadny argument CONTRA.

Pomôžte posilniť občiansku účasť. Chceme, aby boli vaše obavy vypočuté a nezávislé.

Propagovať teraz