9 signatures
Collecte terminée
Il s'agit d'une pétition en ligne du Parlement européen.
Pétition adressée à : Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jitlob li tiġi introdotta sistema tat-tikkettar tal-ikel madwar l-UE bbażata fuq il-prinċipju tad-dawl tat-traffiku, fejn tindika b'mod partikolari l-oġġetti tal-ikel li jkun fihom livelli għolja ta' zokkor, xaħam u melħ. Il-petizzjonant jemmen li l-prattiki tat-tikkettar tal-ikel attwali qegħdin jonqsu dejjem aktar milli jkunu trasparenti għall-konsumaturi, u li dan qed iwassal għal għażliet tal-ikel mhux informati, li jistgħu jirriżultaw fi problemi tas-saħħa pubblika li jistgħu jiġu evitati u fuq skala kbira. Il-petizzjonant għalhekk jitlob lill-Parlament Ewropew sabiex jaqdi rwol ta' tmexxija fir-rigward tal-kwistjoni tas-sikurezza alimentari u r-rabta tagħha mas-saħħa pubbliku, fid-dawl ta' popolazzjoni Ewropea li qed tixjieħ u industrija tal-ikel li teħtieġ sorveljanza regolatorja.
détails de la pétition
Pétition lancée:
24/09/2019
Fin de la collecte:
23/09/2020
Région:
Union européenne
Catégorie:
Économie