Egészség

F'isem l-Ordine dell'Universo ("Ordni tal-Univers"), dwar appoġġ għal sistemi ta' ikel u stili ta' ħajja tajbin għas-saħħa u favur l-ambjent 

A petíció címzettje
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
0 Támogató 0 -ban,-ben Európai Unió

A gyűjtés befejeződött

0 Támogató 0 -ban,-ben Európai Unió

A gyűjtés befejeződött

  1. Indított 2020
  2. A gyűjtés befejeződött
  3. Készítse elő a benyújtást
  4. Párbeszéd a címzettel
  5. Döntés

Ez egy online petíció az Európai Parlament .

továbbítás

Fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19, li żvelat il-ħtieġa urġenti ta' stil ta' ħajja aktar konformi mal-ħtiġijiet tal-bniedem u l-konservazzjoni ambjentali, il-petizzjonanta tisħaq fuq l-importanza tan-nutrizzjoni u tal-użu ta' riżorsi naturali bħall-ħamrija, l-ilma, eċċ. għal dan il-għan. Filwaqt li tirrapporta dwar serje ta' data inkwetanti dwar il-kawżi tal-mortalità u d-degradazzjoni tas-saħħa pubblika qabel il-pandemija (mard kardjovaskulari, dijabete, kanċer u mard respiratorju), kif ukoll dwar l-inċidenza dejjem akbar ta' obeżità fost il-popolazzjoni, inklużi t-tfal (apparentement l-Italja hija t-tieni l-agħar klassifikata fl-UE għall-obeżità fi tfal ta' bejn is-seba' u t-tmien snin, ara hawn taħt), il-petizzjonanta – li hija l-President ta' assoċjazzjoni li tagħti pariri dwar in-nutrizzjoni – titlob li jiġu introdotti dispożizzjonijiet legali, anke fil-Kostituzzjoni Taljana, dwar id-dritt għal "ikel adegwat". Dan ikun relatat mad-dritt għas-saħħa u l-ħarsien tad-dinjità tal-bniedem, li huma mhedda minn naħat kollha minn malnutrizzjoni, kemm b'riżultat ta' nuqqas ta' ikel kif ukoll ta' ammont eċċessiv ta' ikel. Għaldaqstant, hija titlob pjan ta' azzjoni għall-prevenzjoni tal-malnutrizzjoni u għas-sensibilizzazzjoni pubblika dwar sistemi ta' ikel tajbin għas-saħħa u mġiba tajba tal-ikel (inkluża fil-produzzjoni). Hija tenfasizza li tali "governanza" tajba tal-ikel għandha tegħleb il-kunflitti ta' interess, billi tagħti prijorità lis-saħħa u l-benessri pubbliċi fuq l-interessi tal-industrija tal-ikel. Għalhekk hija tħeġġeġ lill-istituzzjonijiet Ewropej, meta jimplimentaw dan il-pjan, biex inaqqsu l-impatt tas-sistema tal-biedja u t-trobbija tal-bhejjem fuq l-ambjent u s-saħħa u biex jintervjenu bħala medjatur fost id-diversi partijiet ikkonċernati fis-settur tal-ikel biex tingħata prijorità lill-ingredjenti tal-ikel naturali.

Link a petícióhoz

Kép QR kóddal

Letéphető cédula QR kóddal

letöltés (PDF)

Még nincs PRO érv.

Még nincs CONTRA érv.

Segítsen a polgári részvétel erősítésében. Szeretnénk, hogy petíciója figyelmet kapjon és független maradjon.

Adományozzon most