Администрации

F'isem l-MUN2 u l-Assoċjazzjoni Spanjola-Torka, dwar l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet għall-asil ta' ċittadini Torok fi Spanja  

проситель
Петиция адресована к
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
9 Поддерживающий 9 через Европейский союз

Сбор закончен

9 Поддерживающий 9 через Европейский союз

Сбор закончен

  1. Начат 2020
  2. Сбор закончен
  3. Подготовить подачу
  4. Диалог с получателем
  5. Решение

Это онлайн-петиция Европейского парламента .

пересылка

Il-petizzjonant jiddenunzja ksur tad-dritt tal-UE minn Spanja, peress li identifika serje ta' irregolaritajiet fl-applikazzjoni tad-dritt Komunitarju dwar il-protezzjoni internazzjonali. Il-petizzjonant jirrimarka li l-proċeduri għall-eżami ta' applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jieħdu aktar minn 24 xahar. Huwa jindika wkoll li s-sistema ta' ġestjoni tal-appuntamenti minn qabel aċċessibbli permezz tas-sistema tal-amministrazzjoni tal-gvern online turi kontinwament messaġġ li jgħid li "f'dan il-mument m'hemm l-ebda appuntament disponibbli" meta l-applikanti jippruvaw jagħmlu appuntament biex iġeddu d-dokumentazzjoni tagħhom, u dan jirriżulta – fl-opinjoni tal-petizzjonant – fi ksur sfaċċat tal-obbligi li jirrigwardaw id-dokumentazzjoni fil-konfront tal-applikanti li qed ifittxu protezzjoni internazzjonali. Dan il-kollass tas-sistema tal-ġestjoni tal-appuntamenti għandu effett ħażin ħafna fuq l-abilità li jiġi eżerċitat id-dritt għal impjieg, minħabba li l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali ma jistgħux iġeddu d-dokumenti tagħhom fi żmien dovut u għaldaqstant, billi ma jistgħux jassiguraw is-sussistenza tagħhom bil-mezzi tagħhom stess, huma jibqgħu dipendenti fuq is-sistema ta' akkoljenza pubblika għal applikanti għall-protezzjoni internazzjonali. Il-petizzjonant jiddenunzja wkoll in-nuqqas ta' persunal fl-Uffiċċji għall-Asil u r-Rifuġjati fi Spanja. Fl-aħħar nett, huwa jilmenta li d-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali u d-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, li kellhom jiġu trasposti qabel Lulju 2015, għadhom ma ġewx trasposti kif suppost mill-awtoritajiet Spanjoli.

Ссылка на петицию

Изображение с QR-кодом

Отрывной талон с QR-кодом

скачать (PDF)

Пока нет аргумента за.

Пока нет аргумента против.

Помогите укрепить гражданское участие. Мы хотим, чтобы ваши проблемы были услышаны, оставаясь независимыми.

Пожертвовать сейчас