18 Firmas
Colecta terminada.
Esta es una petición en línea Del Parlamento Europeo..
La petición está dirigida a: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant, li huwa l-viċi president tal-assoċjazzjoni, jilmenta dwar prattika ħażina mill-banek Taljani meta jirrapportaw klijenti li jkunu sempliċement f'sitwazzjoni ta' inadempjenza tad-dejn (ta' spiss minħabba sitwazzjonijiet inċidentali li jkunu pjuttost differenti minn dawk li jwasslu għal insolvenza) liċ-Ċentru tar-Riskji (għodda ta' informazzjoni li tintuża mis-settur tal-kreditu), u jsejħulhom "pagaturi ħżiena". Tali rapportar iwassal biex il-klijenti msemmija hemmhekk jidhru li mhumiex affidabbli, u jista' jirriżulta f'dannu serju bħal: l-irtirar tal-linji ta' kreditu li jkunu diġà ngħataw, projbizzjoni fuq l-għoti ta' self ġdid mill-istess bank jew minn bank ieħor, jew projbizzjoni fuq il-ftuħ ta' kontijiet kurrenti ġodda. Filwaqt li joġġezzjona għal firxa sħiħa ta' kwistjonijiet li huwa jqis illegali u li jmorru kontra l-kostituzzjoni (id-dritt li wieħed jinstema', il-proċess ġust, il-preżunzjoni tal-innoċenza), il-petizzjonant jenfasizza li l-banek qed jiksru d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali stipulat fl-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (minbarra l-Artikolu 39 tat-TUE u l-Artikolu 16 tat-TFUE). Tabilħaqq, jekk tali rapportar ma jkunx ibbażat fuq il-liġi u lanqas ma jkun proporzjonat, u jekk isir mingħajr il-kunsens tal-persuna kkonċernata, din tal-aħħar tista' ssofri ħsara irreparabbli għall-ħajja privata u professjonali tagħha.
Enlace a la petición.
Hoja desprendible con código QR
Descargar. (PDF)Detalles de la petición
Petición iniciada:
24/02/2020
La petición termina:
23/02/2021
Región:
Unión Europea
Categoría, Tema: