Umwelt

F'isem il-Kumitat Intermuniċipali għall-Kwalità ta' Ħajja ta' Dosolo, dwar limiti aktar strinġenti għall-formaldeid skont ir-Regolament REACH u dwar is-sostituzzjoni tiegħu fl-industrija tal-pannelli tal-injam 

Petitioner
Petition is directed to
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
104 Supporters 104 in European Union
Collection finished
  1. Launched January 2020
  2. Collection finished
  3. Prepare submission
  4. Dialog with recipient
  5. Decision

Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.

forwarding

Il-petizzjonanta, filwaqt li l-punt ta' tluq tagħha jkun il-bidla fil-klassifikazzjoni tal-formaldeid bħala karċinoġenu, minn "suspettat" għal "preżunt jew magħruf" (b'effett mill-1 ta' Jannar 2016, skont ir-Regolament (UE) Nru 605/2014), twissi f'isem ir-residenti ta' żona fil-Provinċja ta' Mantua (il-Lombardija), li skontha, fiha jiġi prodott aktar minn 12 % tal-formaldeid kollu fl-Ewropa (4 115 000-il elf tunnellata fis-sena). B'mod partikolari, din is-sustanza tintuża mill-industrija lokali tas-sustanzi kimiċi sabiex jiġu mmanifatturati pannelli tal-fibri tal-injam, u matul dan il-proċess, jiġu rilaxxati kwantitajiet kbar fl-atmosfera. Abbażi tar-riżultati tal-istudji epidemjoloġiċi mwettqa mill-awtorità tas-saħħa lokali ta' Mantua (2012), it-tfal li jgħixu qrib l-impjanti qed isofru minn mard tas-sistema respiratorja u huma esposti aktar għal ħsara ġenotossika, b'modifiki fid-DNA tagħhom li jistgħu jikkawżaw il-kanċer. Għall-kuntrarju tar-rekwiżit li l-emissjonijiet tal-formaldeid u tan-NO2 għandhom jitnaqqsu, kif stipulat fl-awtorizzazzjoni ambjentali integrata li ġiet imġedda fl-2012 għall-kumpanija kimika Pomponesco SPA, fl-2016 il-Provinċja ta' Mantua awtorizzat żieda fil-produzzjoni, b'żieda konsegwenti fl-emissjonijiet u fir-riskju ta' aċċidenti li jinvolvu splużjonijiet jew nirien. F'dan ir-rigward, il-petizzjonanta ssemmi għadd ta' inċidenti ta' tħassib (splużjonijiet, sħab ta' duħħan, ħalbiet ta' trab isfar), li l-aħħar wieħed minnhom (fl-20 ta' Lulju 2017), fl-istabbiliment tan-negozju inkwistjoni, jingħad li korra ħaddiema u kkawża ħsara viżibbli fil-binijiet minħabba splużjoni b'effetti simili għal dawk ta' terremot. Fir-rigward ta' dan l-aħħar inċident, bħalissa għaddejjin proċedimenti kriminali. Fl-aħħar, il-petizzjonanta, filwaqt li tisħaq fuq il-fatt li l-formaldeid, minbarra li qed jintuża fil-katina kollha tal-produzzjoni tal-injam, għandu firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet, bħala kostitwent ta' reżini thermosetting, kożmetiċi, deterġenti, prodotti mediċinali u tilqim, solventi u żebgħa, eċċ., tagħmel għadd ta' talbiet: 1) l-impożizzjoni ta' limiti ta' emissjonijiet atmosferiċi aktar stretti li jikkorrispondu għall-aqwa tekniki disponibbli (BAT) għall-produzzjoni tal-pannelli bbażati fuq l-injam, abbażi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2119 tal-20 ta' Novembru 2015; 2) it-tnaqqis tal-limiti tal-esponiment individwali għall-formaldeid, sakemm dan jiġi sostitwit kompletament sal-31 ta' Diċembru 2019; 3) l-inklużjoni ta' dawn il-miżuri prekawzjonarji anke fid-Deċiżjoni (UE) 2016/902 (konklużjonijiet tal-BAT dwar sistemi li jittrattaw/jiġġestixxu l-ilma mormi u l-gass mormi fis-settur tal-kimika); 4) l-inklużjoni tal-formaldeid fl-Anness XIV għar-Regolament Nru 1907/2006 (REACH) dwar sustanzi soġġetti għal awtorizzazzjoni bħala karċinoġeni, persistenti u bijoakkumulattivi; 5) l-użu ta' sostituti tal-formaldeid fil-manifattura tal-pannelli tal-injam.

Not yet a PRO argument.

No CONTRA argument yet.

Help us to strengthen citizen participation. We want your petition to get attention and stay independent.

Donate now