Ympäristö

Dwar il-mikroplastiċi fil-bijosolidi użati f'fertilizzanti agrikoli u fil-ħama tad-drenaġġ  

Vetoomuksen esittäjä
Vetoomus on osoitettu
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
16 Tukeva 16 sisään Euroopan unioni

Keräys valmis

16 Tukeva 16 sisään Euroopan unioni

Keräys valmis

  1. Aloitti 2019
  2. Keräys valmis
  3. Valmistele hakemus
  4. Vuoropuhelu vastaanottajan kanssa
  5. Päätös

Tämä on online-vetoomus Euroopan parlamentin .

näytä Suomen Vetoomus

Il-petizzjonant huwa mħasseb dwar iż-żieda fit-tniġġis tal-plastik u b'mod partikolari l-effetti taċ-ċirkolazzjoni tal-partikuli tal-mikro u n-nanoplastik fin-natura. Il-petizzjonant jirreferi għal studji minn żewġ istituti ta' riċerka Ġermaniżi li juru li t-tniġġis tal-mikroplastik fuq l-art (permezz ta' infiltrazzjoni ta' sedimenti u ilma ta' taħt l-art) jista' jkollu impatti devastanti fuq l-ekosistemi terrestri, li jkunu, b'mod komparabbli, agħar mill-effetti diġà rriċerkati tal-mikroplastik fuq l-ekosistemi marini. Il-petizzjonant jirreferi għal sorsi u effetti oħra tal-mikroplastik fuq l-art, bħal partikuli minn skart tad-djar li jidħlu mill-passaġġi tal-ilma pereżempju permezz tal-ħasil ta' tessuti sintetiċi. Il-petizzjonant huwa partikolarment imħasseb dwar il-kontaminazzjoni tal-mikroplastik ta' ilmijiet li jidħlu f'impjanti tat-trattament tad-drenaġġ, u r-riskju inerenti ta' aktar kontaminazzjoni tal-ħamrija jew materjali tad-drenaġġ użati aktar tard għal skopijiet ta' fertilizzanti. Il-petizzjoni telabora dwar konklużjonijiet xjentifiċi preliminari rigward l-alterazzjoni tal-proprjetajiet kimiċi u fiżiċi tal-mikroplastik ladarba dawn jidħlu fl-ekosistemi terrestri u l-effett dirett fuq il-mikroorganiżmi fil-forma tat-tfixkil tas-sistema endokrinali. Il-petizzjonant jirreferi wkoll għat-tixrid iddokumentat tal-mikroplastik f'ambjenti preċedentement nodfa eż. riżervi tan-natura Alpini mhux abitati, kif ukoll l-effetti tal-mikro u n-nanoplastiks li jidħlu fil-katina tal-ikel, mhux biss fi prodotti tal-ħut u tal-laħam, iżda anke l-elementi traċċa diġà preżenti fil-melħ, iz-zokkor u l-birra. Il-petizzjonant jikkonkludi li s-sitwazzjoni attwali tiġi aggravata mill-problema ta' nuqqas ta' metodi ta' detezzjoni standardizzati għall-mikroplastik u approċċi unifikati għal riċerka xjentifika relatata fil-livell globali u tal-UE.

Linkki vetoomukseen

Kuva QR-koodilla

Irrotettava lippis QR-koodilla

lataa (PDF)

Väittely

Ei vielä väitteitä puolesta

Ei vielä väitteitä vastaan

Auta vahvistamaan kansalaisten osallistumista. Haluamme saada huolesi kuuluviin ja pysyä itsenäisinä.

Lahjoita nyt