0 Signatures
Collection finished
Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.
Petition addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jilmenta li l-Ministeru għall-Baħar, it-Trasport u l-Infrastruttura fil-Kroazja allegatament mhuwiex qiegħed jikkonforma mal-Att dwar it-Trasport bit-Triq attwali fir-rigward tat-twettiq tal-obbligu tiegħu li jistabbilixxi sistema ta' informazzjoni li timmonitorja t-taħriġ professjonali tas-sewwieqa (ISPOV). Din id-dispożizzjoni tippermetti liċ-ċentri ta' taħriġ awtorizzati jistampaw ċertifikati ta' taħriġ perjodiku tas-sewwieqa. Il-petizzjonant isostni li t-taħriġ perjodiku, li għandu jikkonsisti minn 35 siegħa ta' lezzjonijiet, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ma jsirx, iżda madankollu s-sewwieqa xorta waħda jingħataw iċ-ċertifikati msemmija hawn fuq. Huwa jallega wkoll li teżisti l-possibbiltà li partijiet oħra, li mhumiex fost iċ-Ċentri ta' Taħriġ awtorizzati, joħorġu ċertifikat ta' taħriġ perjodiku tas-sewwieqa, aċċettat mill-Ministeru għall-Intern, li mbagħad idaħħal il-KODIĊI 95 tal-UE fuq il-liċenzja tagħhom tas-sewqan. Il-petizzjonant jiddikjara li tali użu ħażin tas-sistema jiġi evitat kieku l-awtoritajiet ikkonformaw mal-obbligi statutorji tagħhom li jistabbilixxu sistema ISPOV u jistampaw iċ-ċertifikati minn dik is-sistema.
Petition details
Petition started:
04/23/2020
Collection ends:
04/23/2021
Region:
European Union
Topic: