1 Signatures
Collection finished
Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.
Petition addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jallega restrizzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur tiegħu minn pjattaforma tat-TV bi ħlas fir-rigward tal-aċċess għal kontenut online bi ħlas fl-UE. Il-petizzjonant isostni li l-pjattaforma tat-TV bi ħlas tapplika b'mod selettiv id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/1128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-portabbiltà transkonfinali ta' servizzi tal-kontenut bi ħlas fis-suq intern, li jelenka l-modi li bihom jista' jiġi vverifikat l-Istat Membru ta' residenza tal-abbonat. Il-petizzjonant isostni li l-pjattaforma tinjora l-possibbiltà ta' verifika abbażi tal-post tal-installazzjoni tal-kaxxa set-top, dekowder jew apparat simili użati għall-forniment tas-servizzi lill-abbonat (l-Artikolu 5(c)) u ta' dikjarazzjoni mill-abbonat li tikkonferma l-indirizz tal-abbonat fl-Istat Membru (l-Artikolu 5(j)). Skont l-informazzjoni pprovduta mill-petizzjonant, il-pjattaforma tirrikjedi l-preżentazzjoni ta' kont tal-utilità tal-abbonat li jorbot lill-abbonat mal-Istat Membru, skont l-Artikolu 5(h).
Petition details
Petition started:
09/24/2019
Collection ends:
09/23/2020
Region:
European Union
Topic: