2 Unterschriften
Sammlung beendet
Dies ist eine Online-Petition des Europäischen Parlaments.
Petition richtet sich an: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jesprimi tħassib dwar is-sitwazzjoni ta' persuni b'"ċittadinanza mhux iddeterminata" fl-Estonja li jammontaw għal 7 % tal-popolazzjoni Estonjana. Il-petizzjonant isostni li minkejja l-fatt li ħafna minnhom għexu fl-Estonja għal bosta snin jew twieldu hemmhekk, huma ma jgawdux mill-istess drittijiet bħaċ-ċittadini Estonjani jew iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea. Fil-fehma tal-petizzjonant, iċ-ċittadini tal-UE li qed jidħlu fl-Estonja jgawdu minn aktar drittijiet u libertajiet minn dawk mhux ċittadini li jgħixu hemmhekk. Il-petizzjonant jallega li l-Artikolu 49 tat-TFUE li jintroduċi l-libertà ta' stabbiliment huwa limitat għaċ-ċittadini tal-UE, u dawk mhux ċittadini li jistabbilixxu kumpanija ma jistgħux jiċċaqilqu liberament fl-UE. Dawk mhux ċittadini mhumiex inklużi fil-prinċipju ta' reċiproċità skont il-ftehim qafas dwar il-viżi u jistgħu jivvjaġġaw biss lejn 15-il pajjiż barra miż-żona Schengen. Dawk mhux ċittadini allegatament mhumiex kapaċi wkoll jeżerċitaw id-drittijiet stipulati mir-Regolament Brussell IIa li jsolvi t-tilwim dwar kwistjonijiet matrimonjali. Il-petizzjonant joġġezzjona għas-sitwazzjoni legali mibdula permezz tal-abolizzjoni tad-Dikjarazzjoni 2 dwar in-Nazzjonalità li ma għadhiex marbuta mat-Trattati kurrenti tal-UE. Il-petizzjonant jitlob lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet biex jeżamina s-sitwazzjoni ta' "persuni b'ċittadinanza mhux iddeterminata" jew ta' dawk magħrufa bħala "mhux ċittadini".
Angaben zur Petition
Petition gestartet:
24.09.2019
Sammlung endet:
23.09.2020
Region:
Europäische Union
Kategorie: