Dwar azzjoni mill-UE biex tiġi promossa l-konverżjoni ta' barrieri preċedenti f'ġibjuni 

Petition richtet sich an
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
0 Unterstützende 0 in Europäische Union

Sammlung beendet

0 Unterstützende 0 in Europäische Union

Sammlung beendet

  1. Gestartet 2020
  2. Sammlung beendet
  3. Einreichung vorbereiten
  4. Dialog mit Empfänger
  5. Entscheidung

Dies ist eine Online-Petition des Europäischen Parlaments.

Weiterleitung

Il-petizzjonant jitlob għal azzjoni konkreta tal-UE biex din tippromwovi proġetti teknoloġiċi u industrijali biex il-barrieri li ma għadhomx jintużaw jiġu konvertiti f'ġibjuni. Dawn ikunu jistgħu jżommu l-ilma f'riserva biex jegħlbu n-nuqqas ta' ilma li dejjem qed jiżdied u li qed iseħħ f'żoni dejjem akbar, minħabba t-tibdil fil-klima u minħabba l-astrazzjoni għal skopijiet industrijali u ċivili multipli. F'dan ir-rigward, huwa jsemmi bħala eżempju ċerti pjanijiet nazzjonali ta' konverżjoni ta' barrieri preċedenti f'ġibjuni għall-ilma tax-xita jew l-ilma tal-għargħar mix-xmajjar, ilma li mbagħad jista' jintuża matul il-perjodi ta' nixfa; dan jeħtieġ issiġillar mill-ilma tal-barrieri preċedenti. Għal dan il-għan, huwa jipproponi azzjoni regolatorja fil-livell Ewropew, strateġiji, miżuri ta' implimentazzjoni u inċentivi finanzjarji għal proġetti ta' studju li jinvolvu s-setturi pubbliċi u privati; huwa jenfasizza kemm l-ispejjeż tal-preparazzjoni kif ukoll tal-manutenzjoni tal-ġibjuni u l-benefiċċji f'termini ta' impjieg. Huwa jappella wkoll għall-involviment taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka u investigazzjoni dwar l-aħħar żviluppi fir-rigward ta' dan it-tip ta' konverżjoni ta' barrieri li ma għadhomx jintużaw madwar l-UE.

Link zur Petition

Bild mit QR code

Abrisszettel mit QR Code

herunterladen (PDF)

Noch kein PRO Argument.

Noch kein CONTRA Argument.

Helfen Sie mit, Bürgerbeteiligung zu stärken. Wir wollen Ihren Anliegen Gehör verschaffen und dabei weiterhin unabhängig bleiben.

Jetzt fördern