2 Unterschriften
Sammlung beendet
Dies ist eine Online-Petition des Europäischen Parlaments.
Petition richtet sich an: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jirrapporta l-allegat ksur tar-Regolament (KE) Nru 1226/2002 mill-"Pjan Straordinarju għall-kontroll tal-mard infettiv fil-buflu tal-Mediterran Taljan", adottat fl-2019 mir-Reġjun tal-Campania flimkien mal-Ministeru tas-Saħħa Taljan. Ir-Regolament (KE) Nru 1226/2002 jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw il-metodi għall-identifikazzjoni tal-patoġenu responsabbli għat-tuberkolożi tal-bovini, u jistipula li t-test uffiċjali huwa t-"test intradermali tat-tuberkulina", li huwa maqsum f'testijiet singoli u testijiet komparattivi. Il-petizzjonant jirrimarka li, skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, dawn it-testijiet dijanjostiċi jridu jitwettqu sabiex razzett tal-bhejjem ikun jista' jiġi rikonoxxut bħala li huwa ħieles mit-tuberkolożi u sabiex ikun jista' jżomm dak l-istatus. Skont il-petizzjonant, il-pjan reġjonali msemmi hawn fuq introduċa test dijanjostiku imsejjaħ "test gamma interferon" f'irziezet tal-bhejjem ħielsa mit-tuberkulożi. Skont ir-Regolament (KE) Nru 1226/2002, dan it-test ma jeħtieġx li jitwettaq f'irziezet ħielsa mit-tuberkolożi u jidher li wassal għall-qatla mhux ġustifikata ta' annimali li kienu pożittivi biss għall-ewwel wieħed mit-testijiet imsemmija hawn fuq. Il-petizzjonant isostni li miżura bħal din hija wkoll bi ksur tal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2017/625 dwar id-dritt ta' dawk li jrabbu l-bhejjem li jitolbu t-tieni opinjoni esperta. Bħala konklużjoni, il-petizzjonant qed jitlob l-għajnuna tal-Parlament Ewropew bil-għan li jistabbilixxi u jiddikjara l-illegalità tal-miżura kkontestata.
Angaben zur Petition
Petition gestartet:
20.05.2020
Sammlung endet:
20.05.2021
Region:
Europäische Union
Kategorie:
Tierschutz