F'isem Ferdergarper, dwar it-trattament tad-demel likwidu mill-industrija tat-trobbija tal-bhejjem f'Segovia (Spanja) 

Petitioner
Petition is addressed to
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments

1 Signatures

Collection finished

1 Signatures

Collection finished

  1. Launched 2020
  2. Collection finished
  3. Prepare submission
  4. Dialog with recipient
  5. Decision

Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.

forwarding
This petition is also available in English.

Petition addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments

Il-petizzjonanta tirrapporta li fil-muniċipalità ta' Nava de la Asunción (Segovia) u f'reġjuni oħra fornuti mill-akwifer Los Arenales ma ttieħdet l-ebda miżura biex jiġi żgurat li d-demel likwidu mill-farms tal-bhejjem jiġi ttrattat b'mod xieraq, u li dan jaffettwa popolazzjoni totali li tilħaq sa 46 000 abitant fil-provinċji ta' Valladolid, Segovia u Ávila. Hija ssostni li t-tniġġis mill-arseniku li jidħol fil-ħamrija u fl-ilma qed jikkawża ħsara sinifikanti lill-ambjent. Il-preżenza tal-arseniku tikkostitwixxi problema serja għas-saħħa pubblika. Hija titlob lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet jibda l-proċeduri meħtieġa biex jiġi ċċarat jekk hemmx ksur tal-qafas regolatorju tal-UE dwar l-ilma.InformazzjoniIl-petizzjonanta tagħmel referenza għad-Direttivi tal-UE li ġejjin: - Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart, u b'mod partikolari l-Artikolu 13 dwar il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u l-Artikolu 15 dwar ir-responsabbiltà għall-immaniġġjar tal-iskart; - Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament, u b'mod speċifiku l-Artikolu 6 dwar Miżuri biex jipprevjenu jew jillimitaw id-dħul ta' pollutanti fl-ilma ta' taħt l-art; - Id-Direttiva 2006/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar tniġġis ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akwatiku tal-Komunità, li l-Artikolu 4 tagħha u artikoli sussegwenti jirrikjedu awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat qabel kull skarikar ta' sustanzi perikolużi; - Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, li l-Artikolu 4 tagħha jipprevedi obbligi għal dan il-għan; - Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli; - Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE tal-24 ta' Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis.

Petition details

Petition started: 04/22/2020
Collection ends: 04/22/2021
Region: European Union
Topic: Health

Help us to strengthen citizen participation. We want to support your petition to get the attention it deserves while remaining an independent platform.

Donate now