3 Signatures
Collection finished
Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.
Petition addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjoni tikkonċerna l-preżenza tal-lindane, sustanza kimika karċinoġenika li, preċedentement, kienet tinsab b'mod komuni fl-insettiċidi, fil-muniċpalità ta' O Porriño, Spanja. Madwar 60 sena ilu, kumpanija privata mmanifatturat il-lindane f'impjant viċin iż-żona, filwaqt li akkumulat aktar minn 1,000 tunnellata minnu, u ma ramitux kif suppost. Attwalment, iż-żona hija residenzjali u l-petizzjonant jinsab imħasseb dwar ir-riskju tas-saħħa għall-popolazzjoni taż-żona, peress li l-lindane huwa pprojbit fil-maġġoranza tal-pajjiżi tal-UE. Huwa jallega li ma tittieħdet l-ebda azzzjoni mill-awtoritajiet minkejja l-projbizzjoni. Il-petizzjonant jesprimi wkoll it-tħassib tiegħu dwar it-tniġġis fix-Xmara Louro li tgħaddi minn O Porriño. Huwa jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej sabiex jipproteġu r-reġjun billi jiżguraw li l-awtoritajiet Spanjoli jwettqu investigazzjoni dwar il-preżenza tal-lindane fiż-żona u jistabbilixxu l-Pjanijiet ta' Azzjoni meħtieġa mid-Direttiva Qafas dwar l-Ilma sabiex jeliminaw is-sustanzi perikolużi. Il-petizzjonant jitlob ukoll li jiġu stabbiliti ċerti limiti għall-preżenza ta' HCH fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tipproponi leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħamrija.
Petition details
Petition started:
09/24/2019
Collection ends:
09/23/2020
Region:
European Union
Topic:
Environment