F'isem l-unjoni tal-bdiewa Taljani "Unione Coltivatori Diretti" (żona ta' Piedimonte Matese) u tal-unjoniTaljana tal-bdiewa tar-raba' bis-sehem "Unione Italiana Mezzadri – Coltivatori Diretti" (żona ta' Matese), b'żewġ firem, dwar l-allegat ksur mir-Reġjun tal-Campania, b'mod konġunt mal-Ministeru Taljan tas-Saħħa, tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ittestjar tas-saħħa tal-annimali li jaffettwa l-kummerċ intra-Komunitarju fl-annimali bovini u suwini 

Petitioner
Petition is addressed to
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments

2 Signatures

Collection finished

2 Signatures

Collection finished

  1. Launched 2020
  2. Collection finished
  3. Prepare submission
  4. Dialog with recipient
  5. Decision

Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.

forwarding
This petition is also available in English.

Petition addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments

Il-petizzjonant jirrapporta l-allegat ksur tar-Regolament (KE) Nru 1226/2002 mill-"Pjan Straordinarju għall-kontroll tal-mard infettiv fil-buflu tal-Mediterran Taljan", adottat fl-2019 mir-Reġjun tal-Campania flimkien mal-Ministeru tas-Saħħa Taljan. Ir-Regolament (KE) Nru 1226/2002 jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw il-metodi għall-identifikazzjoni tal-patoġenu responsabbli għat-tuberkolożi tal-bovini, u jistipula li t-test uffiċjali huwa t-"test intradermali tat-tuberkulina", li huwa maqsum f'testijiet singoli u testijiet komparattivi. Il-petizzjonant jirrimarka li, skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, dawn it-testijiet dijanjostiċi jridu jitwettqu sabiex razzett tal-bhejjem ikun jista' jiġi rikonoxxut bħala li huwa ħieles mit-tuberkolożi u sabiex ikun jista' jżomm dak l-istatus. Skont il-petizzjonant, il-pjan reġjonali msemmi hawn fuq introduċa test dijanjostiku imsejjaħ "test gamma interferon" f'irziezet tal-bhejjem ħielsa mit-tuberkulożi. Skont ir-Regolament (KE) Nru 1226/2002, dan it-test ma jeħtieġx li jitwettaq f'irziezet ħielsa mit-tuberkolożi u jidher li wassal għall-qatla mhux ġustifikata ta' annimali li kienu pożittivi biss għall-ewwel wieħed mit-testijiet imsemmija hawn fuq. Il-petizzjonant isostni li miżura bħal din hija wkoll bi ksur tal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2017/625 dwar id-dritt ta' dawk li jrabbu l-bhejjem li jitolbu t-tieni opinjoni esperta. Bħala konklużjoni, il-petizzjonant qed jitlob l-għajnuna tal-Parlament Ewropew bil-għan li jistabbilixxi u jiddikjara l-illegalità tal-miżura kkontestata.

Petition details

Petition started: 05/20/2020
Collection ends: 05/20/2021
Region: European Union
Topic: Animal rights

Help us to strengthen citizen participation. We want to support your petition to get the attention it deserves while remaining an independent platform.

Donate now