2 signatures
Collecte terminée
Il s'agit d'une pétition en ligne du Parlement européen.
Pétition adressée à : Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant huwa tal-fehma li r-Regolament (UE) Nru 1215/2012 jinkludi lakuna ġuridika fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jiddeterminaw il-post tal-ġurisdizzjoni, u li dan imur kontra l-istandards altrimenti għoljin tal-protezzjoni tal-konsumaturi tal-UE. Il-petizzjonant huwa tal-fehma li d-deċiżjoni dwar il-ġurisdizzjoni territorjali jenħtieġ li dejjem tiffavorixxi l-konsumatur, u mhux entità kummerċjali. Skont il-petizzjonant, dan spiss ma jkunx il-każ skont il-qafas legali attwali. Il-petizzjonant jirreferi għal deċiżjoni li tittieħdet fl-2017 mill-Qorti Suprema Ġermaniża, li skontu tippreżenta interpretazzjoni li tiffavorixxi aktar il-konsumaturi dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament u li huwa jemmen li għandha tiġi applikata b'mod uniformi madwar l-UE. Il-petizzjonant jispjega li l-opinjonijiet tiegħu huma msejsa fuq tilwima reċenti li kellu ma' ditta legali Awstrijaka, li żgurat il-ġurisdizzjoni f'qorti Awstrijaka fir-rigward ta' tilwima dwar tariffi legali li ma tħallsux, minkejja li l-petizzjonant kien ibbażat il-Ġermanja matul il-forniment tas-servizzi.
détails de la pétition
Pétition lancée:
24/09/2019
Fin de la collecte:
23/09/2020
Région:
Union européenne
Catégorie: