Verwaltung

F'isem Union Syndicale Luxembourg, b'90 firma, dwar l-allegata diskriminazzjoni u nuqqas ta' rispett tad-drittijiet tax-xogħol f'ċentri tal-kura għal matul il-jum tal-Istituzzjonijiet Ewropej 

Petent/Petentin
Petition richtet sich an
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
0 Unterstützende 0 in Europäische Union

Sammlung beendet

0 Unterstützende 0 in Europäische Union

Sammlung beendet

  1. Gestartet 2020
  2. Sammlung beendet
  3. Einreichung vorbereiten
  4. Dialog mit Empfänger
  5. Entscheidung

Dies ist eine Online-Petition des Europäischen Parlaments.

Weiterleitung

Il-petizzjonant jirrappreżenta l-aġenti kuntrattwali li huma impjegati skont il-liġi tal-Lussemburgu u ħaddiema temporanji li jaħdmu fi Crèches-Garderies (ċentri tal-kura għal matul il-jum) tal-istituzzjonijiet Ewropej fil-Lussemburgu. Dawn jitolbu lill-awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea biex jappoġġjaw l-azzjonijiet li huma jqisu bħala meħtieġa għal diversi raġunijiet. Dawn jitolbu trattament indaqs f'termini ta' kundizzjonijiet tax-xogħol kif irregolat mill-Istat tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, kif ukoll li jiġu ggarantiti tal-inqas ir-rispett tal-liġijiet nazzjonali u l-ftehimiet dwar ix-xogħol kollettivi għall-impjegati tas-settur tal-għajnuna u l-kura u tas-settur soċjali (CCT SAS). Dawn jitolbu li jitneħħew każijiet ta' dumping soċjali, li jiġi żgurat il-prinċipju ta' "xogħol ugwali, paga ugwali" u li jitwaqqfu l-kundizzjonijet tax-xogħol differenti. Fi Crèches-Garderies, ikkoeżistew diversi tipi ta' kuntratti għal aktar minn 10 snin: impjegati tal-liġi nazzjonali, aġenti kuntrattwali kklassifikati skont l-impjegatur tagħhom (il-grupp funzjonali III fil-Parlament Ewropew, il-grupp funzjonali II fil-Kummissjoni Ewropea), ħaddiema temporanji fit-tul (għal diversi snin f'xi każijiet), fornituri ta' servizzi esterni, u persuni li jaħdmu għal rashom. Fl-2014, ir-rappreżentazzjoni tal-impjegati interni (Union Syndicale Luxembourg) ġiet ordnata biex tirrappreżenta lill-petizzjonanti u biex tieħu kwalunkwe azzjoni li qieset bħala meħtieġa biex tinstab soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni.

Link zur Petition

Bild mit QR code

Abrisszettel mit QR Code

herunterladen (PDF)

Noch kein PRO Argument.

Noch kein CONTRA Argument.

Helfen Sie mit, Bürgerbeteiligung zu stärken. Wir wollen Ihren Anliegen Gehör verschaffen und dabei weiterhin unabhängig bleiben.

Jetzt fördern