F'isem l-"EU Rights Clinic" (il-Klinika tad-Drittijiet tal-UE) u l-"Platform for International Cooperation on Undocumented Migrants" (il-Pjattaforma għall-Kooperazzjoni Internazzjonali dwar il-Migranti bla Dokumenti) (PICUM), dwar il-kompatibbiltà tal-Iskema ta' Residenza l-ġdida tal-UE għaċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit mad-dritt tal-Unjoni 

Petiția se adresează
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
2 de susținere 2 in Uniunea Europeană

Colectia terminata

2 de susținere 2 in Uniunea Europeană

Colectia terminata

  1. A început 2019
  2. Colectia terminata
  3. Pregătiți depunerea
  4. Dialog cu destinatarul
  5. Decizie

Aceasta este o petiție online al Parlamentului European .

Redirecționare

Il-petizzjoni tikkonċerna l-allegat nuqqas tal-awtoritajiet tar-Renju Unit milli jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-Iskema ta' Residenza pilota tal-UE. L-Iskema ta' Residenza tal-UE hija prevista li tibda taħdem meta r-Renju Unit joħroġ mill-UE fit-tmiem tal-perjodu tranżitorju (31.12.2020). Peress li matul dan il-perjodu, ir-Renju Unit se jibqa' Stat Membru tal-UE, u għalhekk se jibqa' obbligat japplika d-dispożizzjonijiet sostantivi tad-dritt tal-Unjoni, il-petizzjonant iħeġġeġ lill-Parlament Ewropew jieħu azzjoni dwar għadd ta' rakkomandazzjonijiet biex jiżgura li l-awtoritajiet tar-Renju Unit ma jevitawx l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. L-ewwel nett, il-petizzjonant jirrakkomanda li l-Iskema ta' Residenza tal-UE jenħtieġ li tipprovdi kopja stampata tad-dokument ta' residenza diġitali biex din ikollha valur probatorju. It-tieni nett, peress li l-Iskema tapplika għall-membri tal-familja ta' ċittadini Brittaniċi li jirritornaw lejn ir-Renju Unit wara li jkunu għexu fi Stat Membru ieħor, l-Iskema jeħtieġ li tikkonforma mar-regoli tal-UE dwar id-dritt li jirritornaw wara li jkunu għexu fi Stat Membru ieħor. It-tielet nett, l-Iskema ta' Residenza tal-UE jenħtieġ li tiġi estiża wkoll biex tinkludi l-persuni ewlenin li jindukraw liċ-ċittadini Brittaniċi li jgħixu fir-Renju Unit. Ir-raba' nett, ir-raġunijiet obbligatorji għaliex ġew irrifjutati l-applikazzjonijiet jidhru li huma diskriminatorji, li jmorru lil hinn minn dak li huwa permess skont id-dritt tal-Unjoni, u din hija r-raġuni għaliex intalbet reviżjoni. Il-ħames nett, l-Iskema ta' Residenza tal-UE trid tippermetti lill-persuni vulnerabbli jressqu tard applikazzjonijiet għal status ta' residenza tal-UE. Il-petizzjonant jissuġġerixxi wkoll li s-servizzi ta' assistenza tal-UE (jiġifieri SOLVIT u Pariri tal-Ewropa Tiegħek) jenħtieġ li jkunu jistgħu jkomplu joffru pariri u assistenza lill-applikanti taħt l-Iskema.

Link către petiție

Imagine cu cod QR

Fișă detașabilă cu cod QR

Descarca (PDF)

Niciun argument PRO încă.

Niciun argument CONTRA încă.

Ajutați la consolidarea participării cetățenilor. Dorim să vă facem auzite preocupările, rămânând în același timp independenți.

Promovați acum