2 Signatures
Collection finished
Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.
Petition addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonanta tilmenta li l-liġi tal-ippjanar Irlandiża ma tagħtix l-opportunità lill-komunitajiet lokali jipparteċipaw minn kmieni u b'mod effettiv fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għall-ippjanar ta' żviluppi infrastrutturali kbar (imsejħa "SID") li x'aktarx ikollhom impatt ambjentali sinifikanti, u dan imur kontra l-Konvenzjoni ta' Aarhus u l-liġi ambjentali tal-UE. Skont il-petizzjonanta, jeżistu ostakli kbar għal parteċipazzjoni adegwata min-naħa tal-pubbliku: il-pubbliku huwa eskluż għalkollox mill-proċess ta' konsultazzjoni obbligatorju ta' qabel l-ippjanar; l-iskadenzi li jippermettu parteċipazzjoni effettiva huma inadegwati u żbilanċjati meta mqabbla ma' dawk applikabbli għall-iżviluppaturi; l-ispejjeż finanzjarji biex il-komunità tipparteċipa fl-istadju tal-ippjanar huma kbar u sproporzjonati; l-uniku rimedju disponibbli huwa proċess ta' stħarriġ ġudizzjarju li jiswa ħafna flus u jieħu ħafna ħin (ma teżistix il-possibbiltà ta' rieżami amministrattiv); u l-possibbiltà li l-iżviluppatur iressaq l-istess applikazzjoni ripetutament sakemm tgħaddi mingħajr ma tkun ikkontestata minħabba nuqqas ta' riżorsi finanzjarji. Barra minn hekk, il-petizzjonanta ssostni li l-gvern Irlandiż qed jipprova joħloq aktar ostakli għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku u l-aċċess għall-ġustizzja billi naqqas il-limitu ta' żmien għall-appelli bin-nofs u impona kriterji ta' kwalifika addizzjonali għall-NGOs li jkunu jixtiequ jikkontestaw deċiżjoni permezz ta' rieżami ġudizzjarju.
Petition details
Petition started:
09/24/2019
Collection ends:
09/23/2020
Region:
European Union
Topic:
Environment