0 Potpisi
Kolekcija dovršena
Ovo je online peticija Europskog parlamenta.
Peticija upućena: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jirrapporta li minn kważi 300 speċi ta' għasafar protetti fi Spanja, is-sopravivenza ta' 137 sa ċertu punt hija mhedda. Minn dawn, 36 speċi jinsabu fil-periklu filwaqt li 13 oħra jinsabu f'punt kritiku. Il-kaċċa, il-kummerċ illegali tal-għasafar selvaġġi, il-perikli fatali bħal ħabtiet jew xokkijiet bl-elettriku, it-telf jew id-degradazzjoni ta' ħabitats huma l-kawżi prinċipali tal-mewt ta' ħafna għasafar, speċjalment dawk migratorji. Kull sena, eluf ta' għasafar imutu fi Spanja għal raġunijiet relatati direttament man-nies. Is-sitwazzjoni ġeografika tagħha tfisser li Spanja għandha responsabbiltà kbira fir-rigward tal-konservazzjoni tal-għasafar: hija żona ewlenija għas-sopravivenza tal-għasafar migratorji fl-Ewropa. Barra minn hekk, 90 % tal-popolazzjonijiet Ewropej tal-għasafar li jieklu annimali mejta jinsabu fi Spanja. Il-petizzjonant jiddenunzja l-ksur tad-Direttiva dwar l-għasafar (id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi) u jitlob li ssir investigazzjoni bir-reqqa tiegħu u li l-Gvern Spanjol jintalab jagħti spjegazzjonijiet korrispondenti sabiex l-għasafar selvaġġi, u speċjalment l-ispeċijiet migratorji protetti u l-ispeċijiet li jinsabu f'periklu serju, ikunu garantiti protezzjoni ġenwina u stretta.
Informacije o peticiji
Peticija je započela:
27. 08. 2020.
Kolekcija završava:
27. 08. 2021.
Regija:
Europska unija
Kategorija:
Dobrobiti životinja