6 signatures
Collecte terminée
Il s'agit d'une pétition en ligne du Parlement européen.
La pétition est adressée à : Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jikkritika l-inadegwatezza u l-kontradizzjonijiet intrinsiċi tad-Direttiva 2008/50/KE dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa. Huwa jsostni li l-valur ta' limitu ta' 40 µg/m3 tal-materja partikolata (PM10) għal kull sena kalendarja, flimkien ma' livell ta' konċentrazzjoni ta' 20-32 µg/m3 ta' materja partikolata fina (PM2,5), f'Budapest biss qed iwassal għal eluf ta' mwiet prematuri kull sena. Barra minn hekk huwa jsostni l-valuri ta' limitu tal-PM10 jinjoraw l-istandards u l-linji gwida rilevanti tad-WHO, b'kontradizzjoni mal-Premessa 2 tad-Direttiva u jiddubita kemm hu possibbli li jinqabeż l-ogħla limitu ta' kuljum 35 darba fis-sena. Fl-aħħar nett, huwa jallega li l-valuri ta' limitu mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet dwar l-istandards tal-kwalità tal-arja u l-limiti nazzjonali tal-emissjonijiet tas-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-Komunità Ewropea 2002-2012.
détails de la pétition
Pétition lancée:
24/09/2019
Fin de la collecte:
23/09/2020
Région:
Union européenne
Catégorie:
Santé