0 Unterschriften
Sammlung beendet
Dies ist eine Online-Petition des Europäischen Parlaments.
Petition richtet sich an: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonanta tirreferi għas-sitwazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) tat-13 ta' Novembru 2017 rigward miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela. Barra minn hekk, hija titlob li jiġi eżaminat allegat ksur minn Spanja fil-konfront tad-Deċiżjoni msemmija hawn fuq, minħabba s-sitwazzjoni irregolari kkawżata mit-tranżitu tas-Sa Delcy Rodríguez mill-Ajruport Internazzjonali ta' Adolfo Suárez-Barajas, peress li hija aġent anzjan tal-gvern ta' Nicolás Maduro. L-Unjoni Ewropea imponiet sanzjonijiet fuqha minħabba r-rabta tagħha ma' ksur serju tad-drittijiet fundamentali u tal-bniedem fil-Venezwela. Il-petizzjonanta titlob li l-Parlament Ewropew jesiġi li Spanja tiċċara l-fatti u tispjega kif hija qed tapplika s-sanzjonijiet miftiehma fuq il-gvern ta' Nicolás Maduro u l-25 aġent tal-Istat Venezwelan. Il-petizzjonanta titlob b'insistenza li, abbażi tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-Parlament Ewropew ifakkar lil Spanja fl-impenn miksub bħala Stat Membru tal-UE fil-preservazzjoni tal-paċi, it-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali.
Angaben zur Petition
Petition gestartet:
08.05.2020
Sammlung endet:
08.05.2021
Region:
Europäische Union
Kategorie: