Gezondheid

By L.B. (Italian) on a possible action for damages causeed by the COVID-19 emergency against the European Commission jointly with Germany and Italy 

Petitie is gericht aan
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
1 supporter 1 in Europese Unie

Handtekeningeninzameling voltooid

1 supporter 1 in Europese Unie

Handtekeningeninzameling voltooid

  1. Begonnen 2020
  2. Handtekeningeninzameling voltooid
  3. Overdracht voorbereiden
  4. Gesprek met ontvanger
  5. Beslissing

Dit is een online petitie van het Europees Parlement .

doorsturen

Il-petizzjonant, avukat, jilmenta dwar danni ekonomiċi konsiderevoli minħabba l-lockdown f'beltu (Taranto) minħabba l-COVID-19. Huwa jħabbar li se jressaq azzjoni għall-kumpens quddiem il-QĠUE (ara info nru 1), kontra l-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-Ġermanja u l-Italja (kif ukoll azzjoni għad-danni quddiem il-qrati nazzjonali kontra l-Ġermanja, iċ-Ċina u l-Italja). B'mod partikolari, huwa jiddenunzja lill-Gvern Taljan u lill-UE talli ma wettqux il-kompiti rispettivi tagħhom li jitolbu u jirrikonoxxu emerġenza tas-saħħa pubblika, wara d-dikjarazzjoni ta' Emerġenza tas-Saħħa Pubblika ta' Rilevanza Internazzjonali maħruġa mid-WHO (fit-30 ta' Jannar) u l-pubblikazzjoni tar-rapport tas-sitwazzjoni nru 11 (fil-31 ta' Jannar), li fih ingħatat informazzjoni dwar l-ewwel żewġ każijiet ikkonfermati fl-Italja, sitt każijiet fi Franza, ħamsa fil-Ġermanja u wieħed fil-Finlandja (ara info nru 2).Fuq din il-bażi legali u skont l-Artikolu 168 tat-TFUE (dwar is-saħħa pubblika), il-petizzjonant isostni li l-Kummissjoni tal-UE setgħet ħadet azzjonijiet ikkoordinati fost l-Istati Membri kollha kkonċernati, u b'mod partikolari, setgħet obbligat lill-Ġermanja u lil Franza jsegwu l-inizjattiva tal-Italja, billi jimplimentaw il-prinċipju ta' prekawzjoni, sabiex jimblukkaw immedjatament it-titjiriet kollha minn/lejn iċ-Ċina, u b'mod ġenerali, jimponu projbizzjonijiet operattivi mmirati fuq l-ivvjaġġar fiż-żona Schengen. Huwa jikkritika d-digriet Ġermaniż (imneħħi fid-19 ta' Marzu) li kien jipprojbixxi l-esportazzjoni ta' tagħmir ta' protezzjoni medika (maskri, ingwanti, ilbies, eċċ.) lejn Stati Membri oħra, inkluża l-Italja.

Link naar de petitie

Afbeelding met QR-code

Afscheurstrookje met QR-code

downloaden (PDF)

Nog geen voor argument.

Nog geen tegenargument.

Help mee om burgerparticipatie te vergroten. We willen je kwesties kenbaar maken en daarbij onafhankelijk blijven.

Nu ondersteunen