Dwar kumpaniji tal-UE barra miż-Żona tal-euro li jħallsu taxxi fi Franza u l-interpretazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 260/2012  

Petitioner
Petition is addressed to
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments

2 Signatures

Collection finished

2 Signatures

Collection finished

  1. Launched 2020
  2. Collection finished
  3. Prepare submission
  4. Dialog with recipient
  5. Decision

Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.

forwarding
This petition is also available in English.

Petition addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments

Il-petizzjonant innota interpretazzjonijiet differenti bejn Franza u l-Polonja tar-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009. Skont l-uffiċju tat-taxxa Franċiż għal kumpaniji barranin (SIEE), sa mill-1 ta' Novembru 2016 il-banek Pollakki kollha ntalbu joffru lill-klijenti servizzi SEPA B2B (metodu ta' pagament awtomatiku użat għall-ħlas ta' fatturi ta' darba jew rikorrenti lill-kredituri li d-debituri tagħhom huma professjonali). Dan ifisser li l-kumpaniji Pollakki li jwettqu operazzjonijiet taxxabbli fi Franza u li huma soġġetti għall-VAT għandhom jiġu ppenalizzati mill-1 ta' Frar 2018 – id-data li fiha l-awtoritajiet tat-taxxa Franċiżi ddeċidew li japplikaw penali għall-kumpaniji kollha li ma jħallsux it-taxxi tagħhom permezz ta' dan il-mekkaniżmu. Skont il-Bank Nazzjonali tal-Polonja, l-Artikolu 3(2) tar-Regolament ma japplikax għall-fornituri ta' servizzi ta' pagament kollha; attwalment erba' banek Pollakki biss joffru s-servizz, peress li mhux kollha għandhom il-kapaċità teknika li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet Franċiżi. Il-petizzjonant jixtieq ikun jaf liema interpretazzjoni tar-Regolament (UE) 260/2012 – dik Franċiża jew dik Pollakka – hija korretta.

Petition details

Petition started: 02/24/2020
Collection ends: 02/24/2021
Region: European Union
Topic:  

Help us to strengthen citizen participation. We want to support your petition to get the attention it deserves while remaining an independent platform.

Donate now