1 Υπογραφές
Η συλλογή ολοκληρώθηκε
Πρόκειται για μια ηλεκτρονική αναφορά του Ευρωπαϊκού Κοινοβουλίου .
Αίτηση προς: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jiddenunzja n-nuqqas tal-awtoritajiet muniċipali Franċiżi li joħorġu dokumenti ta' residenza għaċ-Ċittadini tal-UE li jirrisjedu fi Franza b'mod legali, li jirriżulta fi ksur tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri. Fil-fehma tal-petizzjonant, din is-sitwazzjoni tipprevjeni liċ-ċittadini kkonċernati milli jgawdu minn uħud mid-drittijiet marbuta maċ-ċittadinanza tal-UE u tinvolvi diskriminazzjoni arbitrarja fil-konfront ta' ċittadini Franċiżi. Il-petizzjoni tissottolinja wkoll li n-nuqqas tal-awtoritajiet Franċiżi huwa partikolarment problematiku għaċ-ċittadini Brittaniċi peress li n-nuqqas ta' dokumentazzjoni ta' residenza jpoġġi f'periklu l-abbiltà futura tagħhom li jippruvaw id-dritt ta' residenza tagħhom wara l-Brexit.Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-petizzjonant jistieden lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet jieħu azzjoni biex jiżgura li l-awtoritajiet Franċiżi jirrimedjaw il-kwistjoni enfasizzata minnufih; fost affarijiet oħra, huwa jistieden lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet biex joħroġ rapport fuq inizjattiva proprja dwar il-kwistjoni u biex jissottometti mozzjoni qasira għal riżoluzzjoni mill-Parlament Ewropew.
Στοιχεία για το ψήφισμα
Ξεκίνησε η υποβολή αίτησης:
24/09/2019
Λήξη συλλογής:
23/09/2020
Περιοχή:
Ευρωπαϊκή Ένωση
Κατηγορία: