3 Signatures
Collection finished
Dies ist eine Online-Petition of the European Parliament.
Petition addressed to: Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant jgħaddi xi kummenti dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi motorizzati u l-karrijiet tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq (COM (2018) 286 - 2018/0145/COD). Il-proposta tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-istandards avvanzati tas-sigurtà li l-vetturi tal-passiġġieri għandu jkollhom sabiex ikunu jistgħu jitħallew fis-suq intern. Il-petizzjonant jemmen li filwaqt li l-proposta fiha rekwiżiti leġittimi biex tiżdied is-sikurezza fit-toroq, il-ġbir tad-data li jirriżulta minn xi karatteristiċi tal-vetturi jagħmel ħsara lid-dritt taċ-ċittadini għall-privatezza. Barra minn hekk, il-petizzjonant jiddikjara li t-tagħmir differenti tas-sikurezza li jissemma fil-proposta eventwalment jista' jwassal f'sewwieqa li ma jerfgħux ir-responsabbiltà li jsuqu b'mod sigur. Konsegwentement, il-petizzjonant jistieden lill-Parlament Ewropew jemenda l-proposta, filwaqt li jqis dawk il-kummenti u, b'mod aktar speċifiku, jirrinunzja għat-tagħmir għall-ġbir tad-data.
Petition details
Petition started:
09/24/2019
Collection ends:
09/23/2020
Region:
European Union
Topic:
Traffic & transportation