Управління

Dwar l-irregolaritajiet fil-Korporazzjoni Spanjola Nazzjonali tar-Radju u t-Televiżjoni (CRTVE) 

Петиція адресована
Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
0 0 в Європейський Союз

Збір завершено

0 0 в Європейський Союз

Збір завершено

  1. Розпочато 2020
  2. Збір завершено
  3. Підготувати подання
  4. Діалог із одержувачем
  5. Рішення

Це онлайн-петиція Європейського парламенту .

Переадресація

Il-petizzjonant jilmenta dwar nuqqas ta' kontroll demokratiku f'dawn l-aħħar sentejn fil-ġestjoni ta' Corporación de Radio Televisión Española (CRTVE – il-Korporazzjoni Spanjola nazzjonali tar-Radju u t-Televiżjoni). Il-petizzjonant jgħid li s-CRTVE hija rregolata mil-Liġi 17/2006 tal-5 ta' Ġunju 2006, li ssostni li s-CRTVE hija proprjetà pubblika u tistabbilixxi l-istruttura ta' ġestjoni tagħha. Il-petizzjonant jenfasizza li din il-liġi tistabbilixxi, fost l-oħrajn, li s-CRTVE għandha tgawdi awtonomija fil-ġestjoni tagħha u għandha tkun funzjonalment indipendenti mill-Gvern u mill-"amministrazzjoni nazzjonali tal-Istat". Din tistabbilixxi wkoll li l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tas-CRTVE għandhom jaqgħu fuq il-Bord tad-Diretturi, li għandu jwettaq il-funzjonijiet maniġerjali eżekuttivi normali tiegħu permezz tal-President tiegħu, li għandu jippresjedi fuq is-CRTVE u li l-membri tal-Bord tad-Diretturi għandhom jintgħażlu mill-Parlament, sitta mill-Kungress tad-Deputati u erbgħa mis-Senat. Il-petizzjonant jgħid li fit-22 ta' Ġunju 2018 il-Gvern Spanjol uża Digriet-Liġi Rjali biex ikeċċi l-Bord tad-Diretturi preċedenti. Sakemm setgħu jinħatru l-Bord tad-Diretturi l-ġdid tas-CRTVE u l-President il-ġdid tiegħu, ġie nnominat amministratur proviżorju wieħed biex jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tas-CRTVE u jirrappreżentaha għal perjodu limitat ta' żmien sakemm tkun tista' ssir il-ħatra tal-membri tal-bord, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Dan ippermetta li jkun hemm kompetizzjoni miftuħa ta' reklutaġġ biex jintgħażel il-Bord tad-Diretturi l-ġdid u l-President tiegħu. Madankollu, minn dak iż-żmien 'l hawn, din il-proċedura kienet wieqfa. Il-petizzjonant jitlob li l-awtoritajiet Spanjoli jiġu mħeġġa jikkonformaw mal-prattika demokratika normali, jirrispettaw il-leġiżlazzjoni fis-seħħ u jkomplu l-kompetizzjoni miftuħa ta' reklutaġġ għal membri ġodda tal-Bord tad-Diretturi tas-CRTVE u l-ħatra tal-President tiegħu u jiffinalizzaw din il-leġiżlazzjoni.

Посилання на петицію

Зображення з QR-кодом

Відривний листок із QR-кодом

завантажити (PDF)

обговорення

Аргументу ЗА поки немає.

Аргументу ПРОТИ поки немає.

Допоможіть в зміцненні громадянської залученості. Ми хочемо, щоб ваші думки були почуті і залишалися незалежними.

просувати зараз