3 signatures
Collecte terminée
Il s'agit d'une pétition en ligne du Parlement européen.
Pétition adressée à : Petitionsausschuss des Europäischen Parlaments
Il-petizzjonant, fid-dawl tal-emerġenzi futuri li jistgħu jinqalgħu, jitlob lill-Parlament Ewropew jistabbilixxi liġijiet dwar l-emerġenzi, li jkunu jippermettu lill-Kummissjoni Ewropea taġixxi minnufih matul emerġenza bil-qbil tal-Kunsill jew mingħajru, peress li l-petizzjonant jafferma li l-kriżi attwali wriet li l-UE hija nieqsa mill-awtorità sabiex tindirizza din il-kriżi b'mod effikaċi. Ikompli jżid li emerġenzi ġodda bħal dawn għandhom ikunu limitati għad-durata tal-emerġenza, biex b'hekk jippermettu lill-Kummissjoni tistabbilixxi u tikkoordina proċeduri ta' emerġenza fl-Unjoni Ewropea kollha. Dawk għandhom iservu, pereżempju, sabiex jiġi kkontrollat il-fluss tal-provvista tal-ikel fl-UE kollha, jingħata finanzjament ta' emerġenza għall-akkwist u d-distribuzzjoni ta' tagħmir mediku u mezzi tax-xandir fl-UE kollha li jxandru aġġornamenti regolari dwar il-kriżi. Jissuġġerixxi wkoll li l-Parlament Ewropew jiftaħ investigazzjoni dwar ir-reattività tal-UE biex tipproteġi liċ-ċittadini tal-UE fi stadju bikri tat-tifqigħa tal-coronavirus.
détails de la pétition
Pétition lancée:
16/05/2020
Fin de la collecte:
15/05/2021
Région:
Union européenne
Catégorie:
Administration